Azzjoni Klimatika

X'nagħmlu

Id-Direttorat Ġenerali għall-Azzjoni Klimatika (DĠ CLIMA) imexxi l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima fil-livell tal-UE u dak internazzjonali.

Il-missjoni

  • nifformulaw u nimplimentaw il-politiki u l-istrateġiji dwar il-klima
  • nieħdu rwol fuq quddiem fin-negozjati internazzjonali dwar il-klima
  • nimplimetaw is-Sistema għall-Iskambju tal-Emissjonijiet (ETS UE) tal-UE;
  • nimmonitorjaw l-emissjonijiet nazzjonali tal-pajjiżi membri tal-UE
  • nippromwovu t-teknoloġiji b’livell baxx tal-karbonju u l-miżuri ta’ adattament

Il-politiki

Aħna nifformulaw u nimplimentaw politiki kosteffikaċi biex l-UE tilħaq il-miri dwar il-klima għall-2020, l-2030 u lil hinn, speċjalment fir-rigward ta’:

Niżguraw ukoll li t-tibdil fil-klima jitqies fil-politiki kollha l-oħra tal-UE u li l-miżuri ta’ adattament se jnaqqsu l-vulnerabbiltà tal-UE għall-impatti tat-tibdil fil-klima.

In-negozjati internazzjonali

Aħna mmexxu t-task forces tal-Kummissjoni fin-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima u s-sustanzi li qed inaqqsu l-ożonu, u nikkoordinaw sħubijiet bilaterali u multilaterali dwar it-tibdil fil-klima ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UE.

Is-sistema għall-iskambju tal-emissjonijiet

Aħna nimplimentaw is-Sistema għall-Iskambju tal-Emissjonijiet tal-UE (UE ETS) u nippromwovu r-rabtiet tagħha ma’ sistemi oħra ta’ negozjar tal-karbonju, bl-għan aħħari li nibnu suq globali għan-negozjar tal-karbonju.

L-emissjonijiet nazzjonali

Aħna nimmonitorjaw kif il-pajjiżi membri tal-UE qed jimplimentaw il-miri nazzjonali tagħhom f’setturi barra l-UE ETS (“Deċiżjoni tal-Qsim tal-Isforz”)

It-teknoloġija u l-adattament

Aħna nippromwovu l-iżvilupp ta’ teknoloġiji b’livell baxx tal-karbonju u miżuri ta’ adattament, inklużi:

Nagħmlu dan billi noħolqu oqfsa regolatorji biex jiggwidaw l-implimentazzjoni ta’ dawn it-teknoloġiji u billi nagħtu appoġġ finanzjarju

L-organizzazzjoni tagħna

DĠ CLIMA għandu persunal ta’ madwar 220 ruħ. Ġie stabbilit fl-2010. It-tibdil fil-klima qabel kien f’idejn id-DĠ Ambjent tal-Kummissjoni.