Skip to main content
European Anti-Fraud Office
Merħba fl-OLAF!

Skopri l-attivitajiet tagħna, l-istejjer ta’ suċċess u x-xejriet ewlenin fil-frodi bil-fondi tal-UE fir-rapport l-aktar reċenti tal-OLAF.

Ir-rapport tal-OLAF tal-2020

L-OLAF jinvestiga l-frodi kontra l-baġit tal-UE, il-korruzzjoni u l-kondotta ħażina serja fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej, u jiżviluppa l-politika kontra l-frodi għall-Kummissjoni Ewropea.

Fiċ-ċentru tal-interess

Programm tal-UE Kontra l-Frodi

Il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi jiffinanzja azzjonijiet li għandhom l-għan li jipprevjenu u jiġġieldu l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE. Azzjonijiet eliġibbli għall-finanzjament jinkludu appoġġ investigattiv operazzjonali u tekniku, taħriġ speċjalizzat, attivitajiet ta' riċerka u dawn jiġu implimentati permezz ta' għotjiet u kuntratti.

Ir-rapporti

Kull sena jiġu ppubblikati rapporti annwali dwar l-attivitajiet tas-sena preċedenti biex tiġi miġġielda l-frodi li taffettwa l-fondi tal-UE, li jkopru kemm l-attivitajiet kif ukoll il-prestazzjoni fil-livell tal-OLAF (Rapport tal-OLAF) u tal-pajjiżi tal-UE (Rapport PIF).

Il-prevenzjoni tal-frodi

Permezz tal-ġabra ta' tagħrif u l-esperjenza tiegħu, l-OLAF jgħin lill-awtoritajiet responsabbli mill-amministrazzjoni tal-fondi tal-UE – fl-UE u barra minnha – jifhmu t-tipi, it-tendenzi, it-theddid u r-riskji tal-frodi, u jħarsu l-interessi finanzjarji tal-UE bil-prevenzjoni ta' kull tip ta' frodi.

Irrapporta frodi

Women typing, computer screens show red exclamation marks

Hawnhekk issib gwida u formoli biex tirrapporta frodi lill-OLAF.

Tista' tikkuntattjana b'mod anonimu.

Tista' tikkomunika magħna bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE.

 

Irrapporta frodi lill-OLAF

Media soċjali