Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi

L-OLAF jinvestiga l-frodi kontra l-baġit tal-UE, il-korruzzjoni u l-kondotta ħażina serja fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej, u jiżviluppa l-politika kontra l-frodi għall-Kummissjoni Ewropea.

L-OLAF f'ċifri

Bejn l-2010 u l-2017, l-OLAF:

  • Ikkonkluda 'l fuq minn 1800 investigazzjoni
  • Irakkomanda l-irkupru ta' aktar minn €6,6 biljun għall-baġit tal-UE
  • Ħareġ 'il fuq minn 2300 rakkomandazzjoni għal azzjoni ġudizzjarja, finanzjarja, dixxiplinari, u amministrattiva biex tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-UE.

L-istejjer ta' suċċess

OLAF jinvestiga medda wiesgħa ta' azzjonijiet illeċiti minn approprjazzjonijiet indebiti, talbiet frodulenti u mġiba ħażina fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku, għal frodi doganali. Dawn l-eżempji ma jirrappreżentawx lista eżawrjenti  iżda jfittxu li juru l-angoli differenti tal-attività investigattiva ta' OLAF jew mumenti prinċipali differenti fiċ-ċiklu tal-ħajja ta' każ.

Il-prevenzjoni tal-frodi

Permezz tal-ġabra ta' tagħrif u l-esperjenza tiegħu, l-OLAF jgħin lill-awtoritajiet responsabbli mill-amministrazzjoni tal-fondi tal-UE – fl-UE u barra minnha – jifhmu t-tipi, it-tendenzi, it-theddid u r-riskji tal-frodi, u jħarsu l-interessi finanzjarji tal-UE bil-prevenzjoni ta' kull tip ta' frodi.

Il-Programmi Hercule

Il-Programmi Hercule jiffinanzjaw azzjonijiet immirati lejn il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-fordi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE. Azzjonijiet eliġibbli għall-finanzjament jinkludu appoġġ investigattiv operazzjonali u tekniku, taħriġ speċjalizzat, attivitajiet ta' riċerka u dawn jiġu implimentati permezz ta' għotjiet u kuntratti.