Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi

Sfond legali

Sfond legali

Il-bażi legali għall-ġlieda kontra l-frodi huwa l-Artikolu 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (li jieħu post l-Artikolu 280 tat-Trattat tal-KE).

1. Stabbiliment tal-OLAF

Emendi:

2. Rwol u Investigazzjonijiet tal-OLAF

Ir-regolamenti u l-ftehimiet li ġejjin jiddeterminaw ir-rwol u l-mandat ewlenin tal-Uffiċċju biex iwettaq l-investigazzjonijiet amministrattivi tiegħu. Dawn jinkludu investigazzjonijiet (dwar l-interessi finanzjarji tal-UE) fl-Istati Membri u dawk li jinvolvu persunal tal-istituzzjonijiet tal-UE.

3. Il-leġiżlazzjoni tal-UE orizzontali dwar kontrolli/spezzjonijiet fuq il-post fl-Istati Membri

4. Il-leġiżlazzjoni settorjali tal-UE

 Ir-Regolamenti li ġejjin jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-prevenzjoni u s-sejbien ta’ irregolaritajiet:

5. Notifika tal-irregolaritajiet u l-irkupru ta' fondi li ntużaw b'mod ħażin

Finanzjament tal-PAK:

Il-Fondi Strutturali Ewropej, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd:

Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn:

Finanzjament tal-Affarijiet Interni:

6. L-armonizzazzjoni tal-liġi kriminali tal-UE

Il-konvenzjonijiet dwar l-armonizzazzjoni tal-liġi kriminali tal-UE

1) L-ewwel Protokoll
2) It-tieni Protokoll u r-rapport ta' spjegazzjoni
3) Protokoll dwar il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja

Rapporti tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-UE tas-26 ta' Lulju 1995 u l-protokolli relatati magħha min-naħa tal-Istati Membri.

a) rapport u anness tal-2004
b) rapport u anness tal-2008

Nota: għall-Istati Membri kollha minbarra r-Renju Unit u d-Danimarka, il-Konvenzjoni PIF se tiġi sostitwita bid-direttiva PIF (ara hawn taħt). Il-Konvenzjoni PIF se tibqa’ applikabbli biss għad-Danimarka. L-iskadenza għall-implimentazzjoni tad-direttiva PIF hija Lulju 2019.

Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (“direttiva PIF”)

L-Istati Membri marbuta bid-direttiva (l-Istati Membri kollha minbarra r-Renju Unit u d-Danimarka) għandhom sentejn biex jittrasponuha (sa Lulju 2019). Wara dik id-data d-direttiva tieħu post il-Konvenzjoni PIF u l-protokolli tagħha għal dawk l-Istati Membri marbuta biha, filwaqt li l-Konvenzjoni PIF tibqa’ fis-seħħ biss fid-Danimarka.

7. Arranġamenti ta' Ħidma

8. Ftehimiet ma’ partijiet terzi

Ftehimiet ma' partijiet terzi li fihom dispożizzjonijiet dwar għajnuna amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali

9. Miżuri kontra l-frodi doganali f’reġimi tariffarji preferenzjali

Il-preferenzi tariffarji għal prodotti jistgħu jiġu sospiżi taħt il-klawsoli kontra l-frodi jekk:

  • hemm frodi fuq skala kbira jew irregolarità kbira, jew
  • il-kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati mhix effettiva biżżejjed biex tindirizza b’suċċess il-ksur tal-leġiżlazzjoni doganali.

Il-klawsoli kontra l-frodi huma maħsuba biex jindirizzaw il-kummerċ illeċitu permezz tal-prevenzjoni tal-abbuż minn preferenzi tariffarji. Huma jappoġġjaw kummerċjanti leġittimi billi jeliminaw kompetizzjoni mhux xierqa u inġusta.

L-Unjoni Ewropea tagħti preferenzi tariffarji lil pajjiżi mhux tal-UE bil-kundizzjoni li dawn il-preferenzi jiġu abbinati ma’ miżuri adegwati kontra l-frodi. Dan il-prinċipju hu stabbilit fid-dokumenti ta’ politika adottati mill- Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

B’riżultat ta’ dan, dawn li ġejjin huma mgħammra bi klawsoli kontra l-frodi:

  • ir-reġimi awtonomi kollha, bħall-Iskema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi (GSP), li tkopri madwar 76 pajjiż (fl-2018)
  • arranġamenti ta’ tariffi preferenzjali konvenzjonali, jiġifieri ftehimiet ta’ kummerċ ħieles (FTAs) jew ftehimiet ta’ sħubija ekonomika (FSE), li jkopru iktar minn 45 pajjiż ieħor.

Il-klawsoli kontra l-frodi jistgħu jidhru taħt ismijiet differenti, eż.:

  • Dispożizzjonijiet speċjali dwar kooperazzjoni amministrattiva (FTA mal-Kolombja, il-Perù u l-Ekwador; u sakemm jidħol fis-seħħ, mal-Messiku)
  • Infurzar ta' trattament preferenzjali (Ċilì)
  • Nuqqas fl-għoti ta’ kooperazzjoni amministrattiva (il-Montenegro)
  • Miżuri speċifiċi li jikkonċernaw il-ġestjoni ta’ trattament preferenzjali (il-Vjetnam, u sakemm dawn jidħlu fis-seħħ, il-Ġappun).

Lista ta’ klawsoli kontra l-frodi

10. Każistika

Lista ta’ deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea b’rilevanza għall-OLAF