Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi

L-istorja

L-istorja

L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi huwa magħruf ukoll bħala OLAF, mill-isem Franċiż tiegħu: Office de Lutte Anti-Fraude.

 

2018
 
Ville Itälä inħatar Direttur Ġenerali tal-OLAF.
 

2015

Wara r-ristrutturar organizzattiv mill-Kummissjoni Juncker, id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (DĠ ECFIN) ħa f’idejh ir-responsabbiltà tal-OLAF fil-qasam tal-protezzjoni tal-ewro.

2013

Fl-1 ta’ Ottubru 2013, daħal fis-seħħ ir-Regolament Nru 883/2013 dwar investigazzjonijiet mill-OLAF. Dan wassal għal tibdil sinifikanti fix-xogħol tal-OLAF u fir-relazzjonijiet tiegħu ma’ diversi partijiet ikkonċernati. Ir-Regolament jiddefinixxi iktar id-drittijiet tal-persuni kkonċernati, jintroduċi skambju annwali ta’ fehmiet bejn l-OLAF u l-istituzzjonijiet tal-UE u jirrikjedi li kull Stat Membru jistabbilixxi Servizz ta’ Koordinazzjoni Kontra l-Frodi.

Ħarġu l-Linji Gwida dwar il-Proċeduri Investigattivi (GIP). Dawn huma sett ta’ regoli interni li l-persunal għandu japplika sabiex jiġi żgurat li l-investigazzjonijiet tal-OLAF jiġu mwettqa b’mod koerenti.

2012

Fl-1 ta’ Frar 2012 kienu introdotti bidliet sinifikanti fl-organizzazzjoni interna u l-proċeduri investigattivi tal-OLAF li l-mira tagħhom kienet primarjament biex tissaħħaħ il-funzjoni investigattiva tal-OLAF u jissaħħaħ il-kontribut tal-politika kontra l-frodi.

2011

Ġiet adottata strateġija ġdida tal-Kummissjoni Ewropea għat-titjib tal-prevenzjoni u l-kxif ta’ frodi, il-kundizzjonijiet għall-investigazzjonijiet tal-frodi kif ukoll l-irkupru u d-deterrenza.

Giovanni Kessler inħatar Direttur Ġenerali tal-OLAF.

2010

L-OLAF vara għodda ġdida bbażata fuq l-internet, is-Sistema għan-Notifika tal-Frodi (FNS) li tippermetti liċ-ċittadini li jgħaddu informazzjoni dwar korruzzjoni u frodi potenzjali onlajn.

2006

L-2006 kienet l-ewwel sena meta l-għadd ta’ investigazzjonijiet li mexxa l-OLAF f’ismu kien daqs l-għadd ta’ każi li fihom l-OLAF ipprovda għajnuna lill-awtoritajiet tal-Istati Membri.

Seħħet riorganizzazzjoni kbira interna tal-OLAF bl-objettiv li jkun hemm aktar enfasi fuq ix-xogħol operazzjonali tal-OLAF, tittejjeb il-komunikazzjoni fl-Uffiċċju, u tissaħħaħ il-ġestjoni tiegħu.

2004

Il-Komunità Ewropea stabbiliet il-programm Hercule għall-promozzjoni ta’ attivitajiet relatati mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tagħha.

2000

Franz-Hermann Brüner inħatar Direttur Ġenerali fundatur tal-OLAF.

1999

Wara l-avvenimenti li wasslu għar-riżenja tal-Kummissjoni Santer, ġew ippreżentati proposti għal entità ġdida kontra l-frodi (OLAF) b'setgħat aktar b'saħħithom ta’ investigazzjoni. Ir-riżultati ta' dawn il-proposti kienu:

1995

Il-UCLAF kienet awtorizzata li tvara investigazzjonijiet fuq inizjattiva tagħha stess, fuq il-bażi ta' informazzjoni minn diversi sorsi. Id-dipartimenti kollha tal-Kummissjoni kienu meħtieġa jinfurmaw lill-UCLAF kull darba li jissuspettaw frodi fl-oqsma li kienu responsabbli għalihom.

1993

Is-setgħat tal-UCLAF żdiedu bil-mod il-mod wara r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament tal-UE.

1988

Inħolqot it-Task Force “Unità ta’ Koordinazzjoni Kontra l-Frodi” (UCLAF) bħala parti mis-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-UCLAF ħadmet flimkien mad-dipartimenti nazzjonali kontra l-frodi u pprovdiet il-koordinazzjoni u l-għajnuna meħtieġa biex tiġi indirizzata l-frodi organizzata.