Agrikoltura u Żvilupp Rurali

Pakkett tar-riżorsi tal-għalliema

Pakkett tar-riżorsi tal-għalliema

cap comm
Pakkett tar-riżorsi tal-għalliema

GĦALIEX GĦANDNA BŻONN DAN IL-PAKKETT?

Studji riċenti wrew li l-popolazzjonijiet urbani tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari ż-żgħażagħ, ma jħossux il-biedja bħala s-sors tal-ikel tagħhom. Dawn mhumiex konxji wkoll dwar ir-rwol usa' li għandhom il-bdiewa - fis-soċjetà u fl-ekonomija tagħna - mhux biss biex jipprovdu l-ikel, iżda anki biex iħarsu l-ambjent u r-riżorsi naturali, u biex iħarsu l-vitalità tal-kampanja u ż-żoni rurali. Dan il-pakkett tar-riżorsi inħoloq bħala rispons għal din is-sensazzjoni ta' qtugħ.

IL-PAKKETT X'JINKLUDI?

Il-pakkett huwa ġabra ta' riżorsi għat-tagħlim u t-taħriġ lesti biex jintużaw li għandhom l-għan li jqajmu kuxjenza fost il- persuni Ewropej li għandhom bejn 11 u 15-il sena dwar l-importanza tal-ikel u l-biedja għall-Ewropa.

Huwa maħsub biex jintuża mill-għalliema minn firxa wiesgħa ta' dixxiplini - pereżempju l-ġeografija, ix-xjenza, iċ-ċittadinanza, l-ekonomiija, l-istudji dwar l-Ewropa, l-ekonomija domestika, ix-xjenza agrikola, l-informazzjoni informatika u l-komunikazzjoni u x-xjenza soċjali.

Permezz ta' għażla ta' għodod u attivitajiet differenti u kumplimentaril-għalliema jistgħu jgħinu lill-istudenti tliet temi rilevanti: l- Ikel, l- Ambjent u l- Kampanja. Mhuwiex maħsub biex jipprovdi għodod biex l-istudenti jitgħallmu dwar il-politika tal- Unjoni Ewropea per se lill-istudenti, iżda biex juri kif l-agrikoltura hija ta' benefiċċju għal kulħadd.

IL-PAKKETT KIF GĦANDEK TUŻAH?

Il-pakkett huwa maħsub biex ikun flessibbli; inti tagħżel liema għodod jew attivitajiet trid tuża!

Niżżel il- gwida għall-għalliem.. Din tinkludi informazzjoni ta' sfond - factsheet, mappa tal-produzzjoni agrikola tal-UE glossarju biex jgħinuk twieġeb il-mistoqsijiet tal-istudenti tiegħek - kif ukoll żewġ pjanijiet ta' lezzjonijiet ta' ftuħ.

Il-pakkett jiftaħ bi klipp animat edukattiv li jintroduċi l-agrikoltura Ewropea, flimkien ma' pjan tal-lezzjoni.

Inkella, tista' tagħti bidu għas-suġġett b'din il-preżentazzjoni bi slideshow u l-pjan tal-lezzjoni.

Hemm modulu għal kull wieħed minn dawn it-tliet temi, l-Ikel, l-Ambjent u l-Kampanja. Kull modulu fih:

  • Introduzzjoni qasira għall-għalliema li tindika l-objettivi ta' tagħlim tagħha flimkien ma' links għar-riżorsi
  • Worksheets b'attivitajiet ta' tagħlim għall-istudenti
  • Deskrizzjoni tal-proġett għall-istudenti li jipproponu proġett transkurrikulari dwar it-tema tal-modulu
Jew sempliċement niżżel il-Pakkett kollu f'daqqa!

Dan il-Pakkett tar-riżorsi tal-għalliema ġie prodott mid-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni Ewropea, b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-għalliema u l-esperti tal-edukazzjoni. Nittamaw li l-pakkett ikun kemm interessanti kif ukoll pjaċevoli għalik u għall-istudenti tiegħek!

Ordna kopja