Biedja organika

Politika tal-UE

Politika tal-UE

Hekk kif qed jiżdiedu d-domanda u l-produzzjoni tal-prodotti organiċi fl-Unjoni Ewropea, żdiedu wkoll l-isforzi tal-UE f’termini tal-implimentazzjoni tal-politika, l-istandards u l-monitoraġġ.

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Il-leġiżlazzjoni tal-UE tiżgura li t-terminu ‘organiku’ ikollu l-istess tifsira għall-konsumaturi u l-produtturi madwar l-UE kollha. Il-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti organiċi hi żviluppata bil-parteċipazzjoni tal-Istati Membri u l-assistenza ta’ kumitati konsultattivi u tekniċi u korpi esperti.

  • Ara l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-produzzjoni organika fil-qosor .
  • Sib aktar dwar il-Kumitat Regolatorju , u l-Grupp Konsultattiv dwar il-Biedja Organika .
  • Skopri l-pożizzjoni tal-UE dwar il-politika dwar il-kwalità tal-ike l.

L-iżvilupp tal-politika

Sib kif il-politika tal-UE hi eżaminata mill-ġdid permezz ta’:

  • Grupp ta’ Tmexxija ta' Bejn is-Servizzi
  • Konsultazzjoni ma’ partijiet interessati u smigħ mill-esperti .

Ir-regoli tal-UE dwar il-produzzjoni

Ir-regolamenti ġenerali tal-UE jkopru l-katina tal-provvista tal-biedja organika — il-produzzjoni, il-kontroll, u t-tikkettar.

  • Il-qafas legali – skopri x’tagħmel l-Unjoni Ewropea fil-qasam organiku, u l-qafas legali tagħha għall-produzzjoni organika.
  • Il-pjanti u prodotti tal-pjanti – kun af x’japplika għall-prodotti tal-pjanti fl-UE.
  • Bażi tad-dejta taż-żrieragħ – ir-riżorsa uffiċjali ta’ bażijiet tad-dejta mal-fornituri ta’ żrieragħ organiċi u materjal ta’ propagazzjoni.
  • Il-bhejjem – prodotti tal-laħam u tal-ħalib organiċi: Kun af x’japplika għall-produzzjoni tal-bhejjem fl-UE.
  • Il-prodotti pproċessati – kun af x’japplika għall-prodotti pproċessati.
  • L-alka u l-akkwakultura – Kun af x’japplika għall-alka u l-akkwakultura.
  • L-inbid organiku – il-koltivazzjoni ta’ għeneb organiku għall-produzzjoni tal-inbid qed tiżdied. Kun af x’japplika għall-produzzjoni tal-inbid organiku fl-UE.

Ir-regoli tal-UE dwar il-kummerċ

  • Sib liema regoli jeżistu għall-kummerċtal-prodotti organiċi.
  • Skopri liema korpi ta’ kontroll huma involuti.
  • Tgħallem dwar l-imsieħba kummerċjali tal-UE.

Il-pjan ta’ Azzjoni tal-UE tal-2004

Il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-Ikel u l-Biedja Organiċi stabbilixxa 21 inizjattiva sabiex jintlaħqu ċerti għanijiet fl-iżvilupp tas-suq għall-ikel organiku, billi tiżdied l-effikaċja, it-trasparenza u l-fiduċja tal-konsumatur.

Dejta u statistika

Is-suq tal-UE għall-ikel organiku kien ivvalutat għal 19.7 biljun ewro fl-2011, b’erja totali ta’ 9.6 miljun ettaru kkultivat b'mod organiku — minn 5.6 miljun ettaru fl-2002.

  • Ikkonsulta r-Rapport dwar il-biedja organika fl-UE tal-2013 biex titgħallem dwar l-iżviluppi fis-settur tal-biedja organika tal-UE.
  • Skopri l-aħħar fatti u ċifri reċenti minn madwar l-UE.

Parir espert

  • Kun af kif ix-xogħol tal-grupp ta’ esperti biex jagħti pariri tekniċi dwar il-produzzjoni organika.
  • Aqra r-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ad hoc.
  • Sib id-dokumenti neċessarji għal-laqgħat, ir-rapporti finali, is-sejħiet għal applikazzjonijiet, u aktar.