Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

Il-Vuċi Tiegħek fl-Ewropa

Il-Vuċi Tiegħek fl-Ewropa hi "il-punt ta' aċċess uniku" tal-Kummissjoni Ewropea għal varjetà ta' konsultazzjonijiet u għal opportunitajiet ta' feedback li jagħmluhielek possibbli li tesprimi l-opinjonijiet tiegħek dwar il-politiki tal-UE fi stadji differenti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-politika.
Bħala parti mill-Aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar il-Kummissjoni biħsiebha li tisma' aktar mill-viċin liċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati mill-ewwel idea, sa meta l-Kummissjoni tipprepara proposta, matul l-adozzjoni tal-proposta u l-evalwazzjoni tagħha.

  • Il-feedback jista' jkun ipprovdut dwar il-"Pjanijiet Direzzjonali" u "Valutazzjonijiet tal-Impatt Inizjali" fil-bidu tal-proċess ta' preparazzjoni.
  • Skont l-inizjattiva jistgħu jitwettqu tipi differenti ta’ konsultazzjonijiet – p.e. konsultazzjonijiet immirati u pubbliċi. Il-konsultazzjonijiet pubbliċi jippermettulek tesprimi l-opinjonijiet tiegħek dwar aspetti ewlenin ta' valutazzjonijiet tal-impatt għal proposti tal-Kummissjoni kemm fil-fażi ta' preparazzjoni kif ukoll dwar elementi ewlenin ta' valutazzjonijiet u ta' "kontrolli tal-idoneità" ta' politiki eżistenti. Il-konsultazzjonijiet pubbliċi huma miftuħa għal perjodu minimu ta’ 12-il ġimgħat b'mod awtomatiku.
  • Fl-aħħar tal-preparazzjoni ta' inizjattiva leġiżlattiva ġdida, u wara l-adozzjoni tal-abbozz mill-Kulleġġ, il-feedback jista' jkun ipprovdut dwar il-proposti tal-Kummissjoni.
  • Fi stadju aktar tard se jkun ukoll possibbli li jkun ipprovdut feedback dwar l-abbozzi tal-atti delegati u l-atti ta' implimentazzjoni importanti.

F'kull mument, ipprovdi lill-Kummissjoni bl-opinjonijiet tiegħek dwar kif tagħmel il-liġijiet tal-UE aktar effettivi u effiċjenti permezz ta' "Ħaffef il-Piż – Semma’ Leħnek"!

 

Jekk tixtieq tkun innotifikat permezz ta' email dwar pjanijiet direzzjonali jew valutazzjonijiet tal-impatt inizjali u/jew konsultazzjonijiet pubbliċi ġodda, abbona fi

 

Għaliex xi informazzjoni mhix bil-Malti?

Dan is-sit web hu disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, meta tikklikkja xi oġġetti speċifiċi tista’ tintbagħat f’siti web oħra tal-Kummissjoni Ewropea li huma disponibbli biss f’għadd limitat ta’ lingwi għal raġunijiet varji. B'mod partikolari, dokumenti ta' konsultazzjoni mmirati għal udjenzi speċjalizzati ma jkunux bilfors ippubblikati fil-lingwi kollha.
Tista', madankollu twieġeb għall-konsultazzjonijiet u tipprovdi feedback fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE, sakemm b'mod espliċitu ma jkunx iddikjarat b'mod ieħor fid-dokumenti ta' konsultazzjoni nfushom.