Bord bi Prova dwar in-Negozju Ewropew - Kummissjoni Ewropea

Il-Bord bi Prova dwar in-Negozju Ewropew (EBTP)

Bord ta’ kumpaniji individwali li jiġi kkonsultat ta’ spiss dwar inizjattivi ta’ politika tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet tgħaqqad flimkien il-Bord bi Prova dwar in-Negozju Ewropew ma’ għodda oħra għall-konsultazzjoni dwar in-negozji: il-Panils tal-Intrapriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju.

B’riżultat ta’ dan, ir-reġistrazzjoni fil-bażi tad-dejta EBTP m’għadhiex possibbli. Jekk jogħġbok żur is-sit tal-Panils tal-Intrapriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju jekk inti interessat biex tiġi kkonsultat dwar il-politiki u l-programmi tal-UE.

L-informazzjoni dwar il-konsultazzjonijiet tal-EBTP li saru fil-passat għadha disponibbli f’dan is-sit fuq il-paġna li ġejja.

Żomm ruħek aġġornat

Kun af kmieni dwar il-politiki u l-programmi ewlenin tal-UE li jistgħu jaffettwaw lin-negozju tiegħek.

Semma’ leħnek

Agħtina rispons li jista’ jinfluwenza dawn il-politiki u programmi.

Ara t-tibdiliet

Ara kif ir-rispons tiegħek qed jiġi inkorporat f’azzjoni tal-UE.

EBTP hu:

  • ibbażat fuq il-web
  • faċli tissieħeb miegħu (formola qasira waħda)
  • rapidu u faċli tużah (bejn 6 u 8 kwestjonarji onlajn fis-sena - li jeħdulek kwarta biex tweġibhom)
  • disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE
  • appopġġat minn persuna ta’ kuntatt f’kull pajjiż tal-UE

L-aħħar aġġornament: 05/10/2011 | Fuq