Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

Agħti l-feedback tiegħek! - Il-Vuċi Tiegħek fl-Ewropa – Il-Kummissjoni Ewropea

Feedback dwar il-pjanijiet direzzjonali u l-valutazzjonijiet tal-impatt inizjali

"Il-pjanijiet direzzjonali" u l-"valutazzjonijiet tal-impatt inizjali" jinfurmaw dwar inizjattivi, evalwazzjonijiet u kontrolli tal-idoneità ġodda ppjanati mill-Kummissjoni. Għandek il-possibbiltà li tipprovdi feedback billi tesprimi l-opinjonijiet tiegħek mill-bidu nett tal-ħidma tal-Kummissjoni dwar dawn l-inizjattivi.

 

Feedback dwar il-proposti tal-Kummissjoni

Wara li l-Kummissjoni tadotta l-proposta leġiżlattiva, din hi ppubblikata fir-Reġistru tad-dokumenti tal-Kummissjoni. Għandek il-possibbiltà li tipprovdi feedback billi tesprimi l-opinjonijiet tiegħek dwar il-proposti tal-Kummissjoni matul perjodu ta’ 8 ġimgħat wara l-adozzjoni. Il-Kummissjoni se tiġbor l-opinjonijiet tiegħek u tippreżentahom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.


 

Feedback dwar abbozzi ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni

Fi stadju aktar tard se jkun ukoll possibbli li jkun ipprovdut feedback dwar l-abbozzi tal-atti delegati u tal-atti ta' implimentazzjoni. Dawn l-atti jistabbilixxu l-elementi tekniċi jew speċifiċi neċessarji biex tiġi ddefinita jew implimentata l-leġiżlazzjoni adottata mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Il-possibbiltà għall-partijiet ikkonċernati li jipprovdu feedback dwar l-abbozzi ta' dawn l-atti għal perjodu ta' 4 ġimgħat se tkun implimentata wara l-konklużjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar Regolamentazzjoni Aħjarpdf Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel  bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, li attwalment għadu qed jiġi negozjat.

 

Ħaffef il-Piż – Semma’ Leħnek!

F'kull mument, ipprovdi lill-Kummissjoni bl-opinjonijiet tiegħek dwar kif tagħmel il-liġijiet tal-UE aktar effettivi u effiċjenti permezz ta' "Ħaffef il-Piż – Semma’ Leħnek"!
Is-suġġerimenti tiegħek se jiġu eżaminati mill-Kummissjoni u jistgħu jintużaw biex jidentifikaw azzjonijiet għas-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piż fil-qafas tal-programm REFIT.