Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

Dwar dan is-sit - Il-Vuċi Tiegħek fl-Ewropa - Il-Kummissjoni Ewropea

Għalfejn inħoloq dan is-sit?

Il-Vuċi Tiegħek fl-Ewropa inħoloq fil-kuntest tal-inizjattiva tat-Tfassil ta’ Politika Interattiva. Bħala parti mill- Istandards Minimi dwar il-Konsultazzjonipdf tagħha, il-Kummissjoni Ewropea trid ittejjeb it-tmexxija Ewropeapdf u tintroduċi Regolamentazzjoni aħjarpdf.

Għalfejn xi informazzjoni mhijiex bil-Malti?

Dan is-sit huwa disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, meta tikklikkja fuq xi affarijiet tista’ tintbagħat f’siti oħra tal-Kummissjoni Ewropea li – għal raġunijiet varji – ikunu disponibbli biss f’għadd limitat ta’ lingwi. B’mod partikolari, dokumenti ta’ konsultazzjoni mmirati għal udjenzi speċjalizzati mhux bilfors ikunu ppubblikati fil-lingwi kollha. Madankollu r-risposti jistgħu jintbagħtu bi kwalunkwe lingwa tal-UE, sakemm ma jkunx hemm miktub mod ieħor fid-dokumenti ta’ konsultazzjoni nfushom.

Avviż legali

L-informazzjoni fuq dan is-sit hija suġġetta għal deroga, avviż dwar id-dritt tal-awtur u regoli relatati mal-ħarsien tad-dejta personali.

Il-personaġġi fuq “Il-Vuċi Tiegħek fl-Ewropa” huma © ta’ Ioannis Kounadeas u liċenzjati permezz ta’ Fotolia.