Mogħdija tan-navigazzjoni

Ċentru gћall-Viżitaturi tal-Kummissjoni Ewropea

Min jista' jiġi?

Gruppi biss – 15-il persuna jew aktar fl-età ta' 15-il sena jew aktar (eż. tfal tal-iskola, studenti, gruppi ta' professjonisti u msieħba soċjali jew kwalunkwe grupp ta' interess ieħor).

Il-Kummissjoni ma tistax tirranġa żjajjar pubbliċi għal individwi.

L-uffiċċju tal-Kummissjoni fil-Lussemburgu jorganizza wkoll żjajjar ta' informazzjoni français (fr) .


X'tip ta' żjajjar huma disponibbli?

Jeżistu 3 tipi ta' żjajjar:

Żjara ta' Informazzjoni Ġenerali

  • Maħsuba għal persuni li ftit li xejn jafu dwar l-UE inklużi gruppi tal-iskola sekondarja għolja.
  • Tikkonsisti f'taħdita ġenerali dwar l-UE (fil-lingwa tal-grupp meta jkun possibbli) segwita minn sessjoni ta' mistoqsijiet u tweġibiet.
  • Iddum 90 minuta.

Żjara ta' Informazzjoni Speċifika

  • Maħsuba għal studenti universitarji u gruppi b'interess speċifiku.
  • Tinkludi introduzzjoni dwar ir-rwol tal-istituzzjonijiet tal-UE u speċjalment dak tal-Kummissjoni segwita minn preżentazzjoni dwar politika speċifika tal-UE ta' interess dirett għall-grupp.
  • Iddum tliet sigħat.

Żjara ta' Informazzjoni Mfassla Apposta

  • Maħsuba għall-ġurnalisti, ir-rappreżentanti tal-gvern nazzjonali u lokali, l-assoċjazzjonijiet tan-negozju, il-gruppi professjonali mis-settur pubbliku u privat, it-trejdjunjins, l-akkademiċi inklużi l-istudenti b'lawrija u li qed jagħmlu riċerka.
  • Tikkonsistu fi programm imfassal apposta skont l-interessi tal-grupp u tista' tikkonsisti f’introduzzjoni dwar l-UE segwita minn massimu ta' 4 preżentazzjonijiet dwar politiki speċifiċi tal-UE mogħtija minn uffiċjali tal-Kummissjoni li jittrattaw il-kwistjonijiet involuti.
  • Iż-żjara ddum nofstanhar jew ġurnata sħiħa.

Kif tapplika?

Imla l-formola ta’ applikazzjoni onlajn English (en) . Minħabba l-għadd kbir ta’ applikazzjonijiet li nirċievu, ikollna bżonn tal-anqas 10 ġimgħat biex inħejju ż-żjara.


Fejn issir iż-żjara?

Fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-Kummissjoni Ewropea fi Brussell – rue de la Loi 170, 1040 Brussell.

Għal raġunijiet ta' sigurtà, ma norganizzawx żjajjar gwidati tal-bini tal-Kummissjoni.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?