Ma hemmx liġijiet dwar ir-regoli u s-sikurezza tat-traffiku fit-toroq li japplikaw mal-UE kollha. Madankollu, hemm xi regoli li japplikaw fil-pajjiżi kollha tal-UE bħal dawn li ġejjin:
- trid tilbes ċinturin tas-sikurezza fil-vetturi kollha, inklużi l-kowċis turistiċi u l-minibuses
- it-tfal irid ikollhom irbit xieraq fil-karozzi u t-trakkijiet (u, fejn ikun possibbli f'vetturi oħra)
- l-użu tal-mobile mingħajr sett hands-free waqt is-sewqan huwa pprojbit.
Regoli tat-traffiku nazzjonali
Il-pajjiżi tal-UE jista’ jkollhom regoli differenti f’ħafna oqsma, bħal:
- il-livell massimu ta’ alkoħol fid-demm (xi pajjiżi ma jippermettu ebda ammont ta’ alkoħol fid-demm waqt is-sewqan)
- limiti ta' veloċità differenti għal tipi differenti ta' toroq u vetturi
- tagħmir ta' sikurezza meħtieġ kemm għall-karozzi kif ukoll għaċ-ċiklisti
- l-użu obbligatorju ta' dwal ta' matul il-ġurnata u/jew tyres tax-xitwa
- sewqan fuq ix-xellug tat-triq (Ċipru, l-Irlanda u Malta).
Sib informazzjoni speċifika dwar ir-regoli li japplikaw f’pajjiżek u fi kwalunkwe pajjiż ieħor tal-UE li beħsiebek iżżur jew tgħaddi minnu.
Agħżel il-pajjiż
- Ċipru
- Franza
- iċ-Ċekja
- Id-Danimarka
- Il-Belġju
- Il-Bulgarija
- Il-Finlandja
- Il-Ġermanja
- Il-Greċja
- Il-Kroazja
- Il-Latvja
- il-Liechtenstein
- Il-Litwanja
- Il-Lussemburgu
- Il-Polonja
- Il-Portugall
- In-Netherlands
- in-Norveġja
- Ir-Rumanija
- Is-Slovakkja
- L-Awstrija
- L-Estonja
- L-Irlanda
- l-Isvizzera
- L-Italja
- l-Iżlanda
- L-Iżvezja
- L-Ungerija
- Malta
- Slovenia
- Spanja
Reati tat-traffiku fit-triq
Biex titjieb is-sikurezza fit-toroq u jitnaqqsu l-imwiet, il-pajjiżi tal-UE jiskambjaw informazzjoni dwar ir-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq. Dan ifisser li jekk tikser regola tas-sewqan meta tkun qed issuq f’pajjiż ieħor, tista’ tirċievi l-multa bil-posta f’darek!