Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata 
  • Ċekken it-test 
  • Kabbar it-test 

Formalitajiet
Meta u fejn
 
Formalitajiet
TOP
  • Irrid nixtri karozza mill-Ġermanja iżda rrid neħodha lura d-dar l-Olanda biex nirreġistraha. Għandi nħallas il-VAT darbtejn u wara nitlob rimbors tal-VAT?

    LE —kullma għandek tagħmel hu li tgħid lill-bejjiegħ Ġermaniż li inti ser tirreġistra l-karozza f’pajjiż ieħor. Wara tħallas il-VAT fl-Olanda biss.

Meta u fejn
TOP
  • Jiena ngħaddi nofs il-ġimgħa tiegħi fil-pajjiż li fih jiena residenti u n-nofs l-ieħor naħdem f’pajjiż ieħor tal-UE, fejn immur bil-karozza tiegħi. Fejn għandi nirreġistra l-karozza tiegħi?

    Jekk qed tivvjaġġa regolarment b’dan il-mod, tista’ żżomm il-karozza rreġistrata fil-pajjiż ta’ residenza tiegħek.

  • Jien Taljan u kull sena mmur vaganza ta’ tliet xhur fit-tieni dar tiegħi fl-Alpi Franċiżi, u nieħu l-karozza miegħi. Nista’ nirreġistra l-karozza tiegħi fi Franza?

    LE — tista’ tirreġistra l-karozza tiegħek biss fil-pajjiż fejn inti residenti b’mod permanenti.

  • Jiena Slovakk. Jekk nixtri karozza ġdida fl-Ungerija, għandi nirreġistraha hemm?

    LE — qabel ma tmur l-Ungerija tista’ tikseb pjanċi ta’ reġistrazzjoni mis-Slovakja, bis-saħħa taċ-ċertifikat ta’ konformità, u wara tista’ ssuq lura d-dar bihom.

  • Jiena Slovakk. Jekk nixtri karozza użata fl-Ungerija, għandi nirreġistraha hemm?

    LE — tista’ tikseb pjanċi ta’ reġistrazzjoni mis-Slovakkja, bis-saħħa tad-dokument ta’ reġistrazzjoni Ungeriż ibbażat fuq il-mudell armonizzat Ewropew u ta’ ċertifikat ta’ spezzjoni teknika validu, qabel ma tmur l-Ungerija u wara tista’ ssuq lura d-dar bihom.

  • Jiena student Pollakk, irreġistrat f’kors tal-Masters ta’ sentejn fir-Renju Unit. Għandi nirreġistra l-karozza tiegħi hemm?

    LE — jekk l-iskop uniku tal-permanenza tiegħek huwa li tistudja.

    IVA —jekk tibda taħdem ukoll matul il-permanenza tiegħek.

  • Qiegħed naħdem f’pajjiż ieħor tal-UE fuq kuntratt temporanju ta’ għaxar xhur, u wara dan il-perjodu ser immur lura d-dar. Għandi nirreġistra l-karozza tiegħi f’dak il-pajjiż?

    IVA — għaliex il-permanenza tiegħek hija itwal minn sitt xhur..