KUMMISSJONI EWROPEA

mezzi oħra

Id-Drittijiet Tiegħek bħala Passiġġier għal Android

Android
2.1+
L-applikazzjoni tad-Drittijiet Tiegħek bħala Passiġġier tipprovdi lill-utenti b'informazzjoni ċara u konċiża dwar id-drittijiet tal-ivvjaġġar tagħhom fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Ippreżentata f'format ta' mistoqsija/tweġiba, hija tippermetti lill-utenti sabiex jidentifikaw faċilment il-problema li huma jkunu qegħdin jesperjenzaw u jirċievu spjegazzjoni ċara tad-drittijiet tagħhom u tal-għażliet li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom.

L-app tad-Drittijiet Tiegħek bħala Passiġġier hija disponibbli għal apparat Android li juża Android OS 2.1 “Eclair” jew ikbar. Jekk jogħġbok użu l-link ta' Google Play li ġejja jew skennja l-kodiċi QR ix-xieraq biex tniżżel l-applikazzjoni.



Google Android


L-app hija disponibbli bla ħlas fi 22 lingwa u tuża apparat ta' ħżin lokali biex tevita l-ħtieġa ta' konnettività tad-dejta waqt l-ivvjaġġar.