KUMMISSJONI EWROPEA

Miċħud/a milli titla'? Kanċellazzjoni?
Dewmien twil? Bagalja mitlufa?
Mobilità mnaqqsa?

Tul dawn l-aħħar tletin sena, fl-Ewropa kien hemm żieda qawwija fil-mobilità. Għal miljuni ta' ċittadini, l-ivjaġġar sar realtà, sar dritt tabilħaqq.

Il-passiġġieri għandhom bżonn ta' sett ta' prinċipji komuni, sabiex ikunu aktar konxji tad-drittijiet tagħhom jekk xi ħaġa tmur ħażin bil-vjaġġ tagħhom, minkejja l-mod ta' trasport li jużaw jew jekk il-vjaġġ tagħhom iseħħx kollu kemm hu fi ħdan Stat Membru wieħed jew inkella jgħaddix minn fruntiera fil-Komunità jew inkella jaqsamx fruntiera esterna tal-Komunità.

Kummissarju Siim Kallas

Siim Kallas
Viċi-President tal-Kummissjoni,
responsabbli għat-trasport

Fid-dawl ta' dan, l-UE impenjat ruħha li tpoġġi lill-utenti fil-qalba tal-politika tat-trasport tagħha.