KUMMISSJONI EWROPEA

Homepage

X'għandek tkun taf jekk temmen li d-drittijiet tiegħek bħala passiġġier inkisru?

Jekk tqis li d-drittijiet tiegħek skont il-leġiżlazzjoni dwar id-Drittijiet tal-passiġġieri
tal-ajru nkisru:

  • L-ewwel għandek tikkuntattja lil-linja tal-ajru jew - għal kwistjonijiet relatati ma' persuni b'mobilità mnaqqsa - lill-ajruport.
  • Jekk ma tkunx sodisfatt/a bit-tweġiba tagħhom, tista' tippreżenta ilment lill-Korp Nazzjonali tal-Infurzar (NEB).
  • F’każ ta’ kwistjonijiet relatati ma’ bagalji mitlufa, li jaslu tard u/jew li\ ssirilhom ħsara, inti tista’ tikkuntattja liċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumaturi (European Consumer Centre - ECC) f’pajjiżek: ec.europa.eu/consumers/ecc/index_en.htm





Jista jagħti l-każ li tkun trid tikkuntattja wkoll lill organizzazzjonijiet nazzjonali tal-Konsumaturi: ec.europa.eu/consumers/empowerment/cons_networks_en.htm#national

NOTA: Bħala prinċipju, l-ilmenti għandhom jiġu ppreżentati fil-pajjiż fejn ikun seħħ l-inċident.