KUMMISSJONI EWROPEA

Homepage

Bagalja mitlufa, li ddum ma tasal jew li tiġi mmaniġġata ħażin

Fuq tal-kaxxa tal-werrej
Bagalja mitlufa, li ddum ma tasal jew li ssirilha ħsara
  • Ivjaġġar bl-ajru

    Jekk il-bagalja tiegħek tintilef, issofri ħsara jew iddum biex tasallek, inti tista’ tkun intitolat għal kumpens li jkun limitat għal madwar €1220.
    Madankollu, il-linji tal-ajru ma għandhomx ikunu responsabbli jekk dawn ikunu ħadu l-miżuri raġonevoli kollha biex jevitaw id-danni jew fil-każ li t-teħid ta' miżuri bħal dawn kien ikun impossibbli.
    Jekk il-bagalja tiegħek iġġarrab xi ħsara, inti għandek tippreżenta ilment lill-kumpanija tal-ajru fi żmien sebat ijiem minn meta tirċievi l-bagalja tiegħek. Għal dewmien fil-wasla tal-bagalja, dan il-perjodu huwa ta’ massimu ta’ 21 ġurnata.




Film ta' 'Bagalja mitlufa, li ddum ma tasal jew li ssirilha ħsara'

Isfel tal-kaxxa tal-werrej

X’jeħtieġ li tkun taf