KUMMISSJONI EWROPEA

Homepage

Drittijiet għall-passiġġieri li jivvjaġġaw bit-trasport fuq l-ilma

Ir-Regolament dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni ġie ppubblikat fis-17 ta’ Diċembru 2010 bħala Regolament 1177/2010. Ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Diċembru 2012; dawn id-drittijiet ma japplikawx qabel din id-data.

Ir-Regolament japplika fir-rigward ta' passiġġieri li qed jivvjaġġaw:

  • permezz ta' servizzi ta' trasport ta' passiġġieri meta l-port tal-imbarkazzjoni jkun jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru;
  • permezz ta' servizzi ta' trasport ta' passiġġieri meta l-port tal-imbarkazzjoni jkun jinsab barra t-territorju ta’ Stat Membru u l-port tal-iżbark ikun jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, sakemm is-servizz ikun operat minn trasportatur tal-Unjoni;
  • permezz ta' kruċiera meta l-port tal-imbarkazzjoni jkun jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru.

Madankollu, ir-Regolament ma japplikax għall-passiġġieri li jivvjaġġaw fuq vapuri li huma awtorizzati jġorru sa 12-il-passiġġier, għal vapuri b’ekwipaġġ ta’ mhux aktar minn tliet persuni, jew meta s-servizz globali jkun jikkonċerna distanza li tkopri anqas minn 500 metru, mingħajr ritorn għall-ġiti u żjarat ta’ postijiet ta’ interess jew fuq vapuri li ma jitħaddmux permezz tal-magni.

Id-drittijiet il-ġodda jinkludu fost oħrajn:

F’każ ta’ kanċellazzjoni jew dewmien fit-tluq ta’ aktar minn 90 minuta:

  • garanzija ta’ rimborż jew bdil ta’ rotot;
  • assistenza xierqa (bħal ikliet ħfief, ikliet, xarbiet u, fejn ikun meħtieġ, akkomodazzjoni sa tliet iljieli, b’kopertura finanzjara sa EUR 80 kull lejl)

F’sitwazzjonijiet ta’ dewmien jew kanċellazzjoni ta’ vjaġġi:

  • kumpens li jkun bejn 25% u 50% tal-prezz tal-biljett;

Protezzjoni għal persuni b’diżabbiltà jew b’mobbiltà mnaqqsa:

  • trattament mhux diskriminatorju u assistenza speċifika mingħajr ħlas għal persuni b’diżabbiltà u persuni b’mobbiltà mnaqqsa kemm fit-terminals tal-portijiet kemm abbord il-vapuri, kif ukoll kumpens finanzjarju għal telf jew ħsarat fit-tagħmir tagħhom għall-mobbiltà;

Dritt għall-informazzjoni:

  • regoli minimi għall-informazzjoni dwar il-passiġġieri kollha qabel u matul il-vjaġġ, kif ukoll informazzjoni ġenerali dwar id-drittijiet tagħhom f’terminals u abbord il-vapuri;

Ġestjoni tal-ilmenti:

  • it-twaqqif ta’ mekkaniżmi, minn traportaturi u operaturi tat-terminal, għall-ġestjoni tal-ilmenti u li jkunu disponibbli għall-passiġġieri;
  • It-twaqqif ta’ korpi nazzjonali indipendenti għall-infurzar tar-Regolament, permezz tal-applikazzjoni ta’ pieni, fejn dan ikun xieraq.

Għal aktar informazzjoni