KUMMISSJONI EWROPEA

Homepage

Id-drittijiet tiegħek bħala passiġġier
meta tivjaġġa bil-ferrovija

Fuq tal-kaxxa tal-werrej
Għajnuna għal persuni b'mobilità mnaqqsa

Għajnuna għall-persuni b’mobilità mnaqqsa

Il-kumpaniji tal-ferroviji u l-maniġers
tal-istazzjonijiet tal-ferrovija għandhom jgħinuk titla’ abbord il-ferroviji internazzjonali. Inti għandek tavża dwar il-vjaġġ intenzjonatippjanat tiegħek mill-inqas 48 siegħa qabel, billi tuża l-għodda ta’ komunikazzjoni (eż. numru tat-telefon, sit elettroniku...) indikata mill-kumpanija tal-ferroviji. Normalment tingħata għajnuna wkoll meta tivvjaġġa minn stazzjon tal-ferrovija għal ieħor u
fl-istazzjon tad-destinazzjoni tiegħek.

Filmat ta' 'Għajnuna għal persuni b'mobilità mnaqqsa'

Isfel tal-kaxxa tal-werrej

X'għandek tkun taf jekk temmen li d-drittijiet tiegħek bħala passiġġier inkisru?

Jekk tqis li d-drittijiet tiegħek skont id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferroviji nkisru:

  • L-ewwel għandek tikkuntattja lill-kumpanija tal-ferroviji jew lill-maniġer tal-istazzjon.
  • Jekk ma tkunx sodisfatt/a bit-tweġiba tagħhom, tista' tippreżenta ilment għand il-Korp Nazzjonali tal-Infurzar (NEB).

NOTA: Bħala prinċipju, l-ilmenti għandhom isiru fil-pajjiż fejn ikun seħħ l-inċident.