KUMMISSJONI EWROPEA

Homepage

Id-drittijiet tiegħek bħala passiġġier
meta tivjaġġa bil-ferrovija

Fuq tal-kaxxa tal-werrej
Informazzjoni dwar l-aċċessibilità għall-passiġġiera b'mobilità mnaqqsa

Informazzjoni dwar l-aċċessibilità
għall-passiġġiera b'mobilità mnaqqsa

Fuq talba mingħandek, il-kumpaniji tal-ferroviji, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi ta' turs għandhom jinfurmawk fuq l-aċċessibilità tas-servizzi tat-trasport bil-ferroviji, fuq il-kundizzjonijiet tal-aċċess ta' kowċis tal-passiġġiera u faċilitajiet abbord.

Isfel tal-kaxxa tal-werrej

X'għandek tkun taf jekk temmen li d-drittijiet tiegħek bħala passiġġier inkisru?

Jekk tqis li d-drittijiet tiegħek skont id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferroviji nkisru:

  • L-ewwel għandek tikkuntattja lill-kumpanija tal-ferroviji jew lill-maniġer tal-istazzjon.
  • Jekk ma tkunx sodisfatt/a bit-tweġiba tagħhom, tista' tippreżenta ilment għand il-Korp Nazzjonali tal-Infurzar (NEB).

NOTA: Bħala prinċipju, l-ilmenti għandhom isiru fil-pajjiż fejn ikun seħħ l-inċident.