KUMMISSJONI EWROPEA

Homepage

Id-drittijiet tiegħek bħala passiġġier
meta tivjaġġa bil-ferrovija

Fuq tal-kaxxa tal-werrej
Regoli mhux diskriminatorji għall-passiġġiera b'mobilità mnaqqsa

Id-dritt tat-trasport għall-passiġġieri b’mobilità mnaqqsa

Jekk għandek xi diżabilità jew mobilità mnaqqsa, inti intitolat li tivvjaġġa b’mod faċli. Il-prenotazzjonijiet u l-biljetti ma għandhomx iġorru spejjeż addizzjonali.

Sabiex il-kundizzjonijiet tal-aċċess ikunu ċari, il-kumpaniji tal-ferroviji u l-maniġers tal-istazzjonijiet tal-ferrovija huma mistennija li jiżviluppaw regoli t’aċċess bla diskriminazzjoni.

Filmat ta' 'Għajnuna għal persuni b'mobilità mnaqqsa'

Isfel tal-kaxxa tal-werrej

X'għandek tkun taf jekk temmen li d-drittijiet tiegħek bħala passiġġier inkisru?

Jekk tqis li d-drittijiet tiegħek skont id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferroviji nkisru:

  • L-ewwel għandek tikkuntattja lill-kumpanija tal-ferroviji jew lill-maniġer tal-istazzjon.
  • Jekk ma tkunx sodisfatt/a bit-tweġiba tagħhom, tista' tippreżenta ilment għand il-Korp Nazzjonali tal-Infurzar (NEB).

NOTA: Bħala prinċipju, l-ilmenti għandhom isiru fil-pajjiż fejn ikun seħħ l-inċident.