KUMMISSJONI EWROPEA

Homepage

Id-drittijiet tiegħek bħala passiġġier
meta tivjaġġa bil-ferrovija

Miljuni ta’ persuni jirkbu l-ferrovija kuljum madwar l-Ewropa kollha. Huwa importanti għall-Unjoni Ewropea li tiżgura li n-nies ikunu jistgħu jivvjaġġaw fis-sigurtà u l-kumdità. Il-leġiżlazzjoni Ewropea li daħlet fis-seħħ f’Diċembru 2009 hija maħsuba biex toffri protezzjoni aħjar lill-passiġġieri tal-ferrovija, biex b’hekk tirriżulta f’servizzi aktar affidabbli u ta’ kwalità ogħla għall-passiġġieri tal-ferrovija.

Id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferroviji japplikaw għas-servizzi kollha tat-trasport internazzjonali bil-ferroviji fl-UE.
Fost dawn id-drittijiet:
Sitt drittijiet bażiċi japplikaw għas-servizzi kollha ta' trasport bil-ferroviji fi ħdan l-Unjoni Ewropea,
Aktar drittijiet japplikaw għas-servizzi internazzjonali kollha bil-ferroviji.

Għal aktar informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek fir-rigward ta' servizzi nazzjonali fuq distanza twila, servizzi reġjonali, suburbani u urbani, jekk jogħġbok ikkuntattja lid-ditta(i) tal-ferroviji tiegħek jew lill-bejjiegħ tal-biljetti jew irrikorri għall-Korp Nazzjonali ta' Infurzar f'pajjiżek.

Aktar informazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferroviji u eżenzjonijiet nazzjonali.