KUMMISSJONI EWROPEA

Homepage

Id-drittijiet tiegħek bħala passiġġier
meta tivjaġġa bl-ajru

Fuq tal-kaxxa tal-werrej
Trasparenza fil-prezzijiet

Trasparenza fil-prezzijiet

Skont il-leġiżlazzjoni tal-UE, meta inti tixtri biljett għal vjaġġi bl-ajru li jitilqu mill-ajruporti tal-UE, il-kundizzjonijiet applikabbli għandhom jiġu spjegati lilek b'mod ċar.
Il-prezz finali li jrid jitħallas għandu jiġi indikat il-ħin kollu u dan għandu jinkludi n-nol applikabbli tal-vjaġġ bl-ajru, kif ukoll it-taxxi applikabbli, u t-tariffi, il-ħlasijiet addizzjonali u l-miżati li ma jistgħux jiġu evitati u li jkunu magħrufa fil-ħin tal-pubblikazzjoni. Il-prezz finali għandu juri wkoll it-tqassim tal-prezz bejn in-nol, it-taxxi, it-tariffi tal-ajruport u finalment, it-tariffi, il-ħlasijiet addizzjonali u l-miżati l-oħrajn. Is-supplimenti tal-prezz mhux obbligatorji għandhom jiġu kkomunikati b’mod ċar, trasparenti u mingħajr ambigwità fil-bidu ta’ kull prenotazzjoni u l-aċċettazzjoni tagħhom mill-klijent għandha tkun fuq bażi ta’ «opt-in».

Isfel tal-kaxxa tal-werrej

X'għandek tkun taf jekk temmen li d-drittijiet tiegħek bħala passiġġier inkisru?

Jekk tqis li d-drittijiet tiegħek skont il-leġiżlazzjoni dwar id-Drittijiet tal-passiġġieri
tal-ajru nkisru:


  • L-ewwel għandek tikkuntattja lil-linja tal-ajru jew - għal kwistjonijiet relatati ma' persuni b'mobilità mnaqqsa - lill-ajruport.
  • Jekk ma tkunx sodisfatt/a bit-tweġiba tagħhom, tista' tippreżenta ilment lill-Korp Nazzjonali tal-Infurzar (NEB).

NOTA: Bħala prinċipju, l-ilmenti għandhom jiġu ppreżentati fil-pajjiż fejn ikun seħħ l-inċident.