KUMMISSJONI EWROPEA

Homepage

Id-drittijiet tiegħek bħala passiġġier
meta tivjaġġa bl-ajru

Fuq tal-kaxxa tal-werrej
Btajjel bħala pakkett

Pakketti ta’ vaganzi

L-organizzaturi u l-bejjiegħa bl-imnut tal-pakketti ta’ vaganzi huma obbligati li jipprovdu informazzjoni preċiża u kompleta dwar il-pakketti ta’ vaganzi pprenotati. Huma obbligati li jonoraw it-termini kuntrattwali u li jipproteġu lill-passiġġieri f’każ ta’ falliment. L-operaturi tal-pakketti ta’ vaganzi għandhom jagħtu informazzjoni preċiża dwar il-vaganza pprenotata, jikkonformaw mal-obbligi kuntrattwali u jipproteġu lillpassiġġieri f’każ ta’ falliment min-naħa tal-organizzaturi.

Isfel tal-kaxxa tal-werrej

X'għandek tkun taf jekk temmen li d-drittijiet tiegħek bħala passiġġier inkisru?

Jekk tqis li d-drittijiet tiegħek skont il-leġiżlazzjoni dwar id-Drittijiet tal-passiġġieri
tal-ajru nkisru:


  • L-ewwel għandek tikkuntattja lil-linja tal-ajru jew - għal kwistjonijiet relatati ma' persuni b'mobilità mnaqqsa - lill-ajruport.
  • Jekk ma tkunx sodisfatt/a bit-tweġiba tagħhom, tista' tippreżenta ilment lill-Korp Nazzjonali tal-Infurzar (NEB).

NOTA: Bħala prinċipju, l-ilmenti għandhom jiġu ppreżentati fil-pajjiż fejn ikun seħħ l-inċident.