KUMMISSJONI EWROPEA

Homepage

Id-drittijiet tiegħek bħala passiġġier
meta tivjaġġa bl-ajru

Fuq tal-kaxxa tal-werrej
Identità tal-linja tal-ajru

Identità tal-linja tal-ajru

Inti għandek tiġi informat minn qabel dwar liema linja tal-ajru sejra topera t-titjira tiegħek.

Dawk il-linji tal-ajru li jinstab li ma għandhomx sigurtà tajba jiġu pprojbiti jew ristretti fl-Unjoni Ewropea.

Dawn huma elenkati fuq:
http://ec.europa.eu/transport/modes/air/safety/air-ban/index_mt.htm

Isfel tal-kaxxa tal-werrej

X'għandek tkun taf jekk temmen li d-drittijiet tiegħek bħala passiġġier inkisru?

Jekk tqis li d-drittijiet tiegħek skont il-leġiżlazzjoni dwar id-Drittijiet tal-passiġġieri
tal-ajru nkisru:


  • L-ewwel għandek tikkuntattja lil-linja tal-ajru jew - għal kwistjonijiet relatati ma' persuni b'mobilità mnaqqsa - lill-ajruport.
  • Jekk ma tkunx sodisfatt/a bit-tweġiba tagħhom, tista' tippreżenta ilment lill-Korp Nazzjonali tal-Infurzar (NEB).

NOTA: Bħala prinċipju, l-ilmenti għandhom jiġu ppreżentati fil-pajjiż fejn ikun seħħ l-inċident.