KUMMISSJONI EWROPEA

Homepage

Id-drittijiet tiegħek bħala passiġġier
meta tivjaġġa bl-ajru

Fuq tal-kaxxa tal-werrej
Dewmien twil

Dewmien fit-tul

Inti intitolat għal attenzjoni u għajnuna mill-kumpanija tal-ajru (il-possibbiltà li tagħmel telefonata, tingħata ikel u xorb ħafif, ikla, akkomodazzjoni, trasport lejn il-post tal-akkomodazzjoni) jekk id-dewmien ikun ta’.

  • sagħtejn jew iktar għal titjiriet ta' 1500 km jew inqas;
  • tliet sigħat jew iktar għal titjiriet itwal fi ħdan l-Unjoni Ewropea jew għal titjiriet oħrajn ta' bejn 1500 u 3500 km;
  • erba' sigħat jew iktar għal titjiriet ta' aktar minn 3500 km barra mill-Unjoni Ewropea.

Jekk id-dewmien ikun ta' iktar minn ħames sigħat, u inti tiddeċiedi li ma tkomplix bil-vjaġġ tiegħek, inti intitolat/a sabiex tirċievi rimbors għall-biljett tiegħek u li tittajjar lura għall-post minn fejn tkun bdejt il-vjaġġ tiegħek oriġinarjament.

Fil-każ li tasal fid-destinazzjoni finali tiegħek wara dewmien ta’ tliet sigħat jew aktar, inti tista’ tkun intitolat għal kumpens identiku għal dak offrut lilek meta t-titjira tiegħek tiġi kkanċellata, sakemm il-linja tal-ajru ma tagħtix prova li d-dewmien kien ikkawżat minħabba ċirkustanzi straordinarji. Barra minn hekk, il-linji tal-ajru jistgħu jkunu responsabbli għad-danni li jirriżultaw mid-dewmien.

Isfel tal-kaxxa tal-werrej

X'għandek tkun taf jekk temmen li d-drittijiet tiegħek bħala passiġġier inkisru?

Jekk tqis li d-drittijiet tiegħek skont il-leġiżlazzjoni dwar id-Drittijiet tal-passiġġieri
tal-ajru nkisru:


  • L-ewwel għandek tikkuntattja lil-linja tal-ajru jew - għal kwistjonijiet relatati ma' persuni b'mobilità mnaqqsa - lill-ajruport.
  • Jekk ma tkunx sodisfatt/a bit-tweġiba tagħhom, tista' tippreżenta ilment lill-Korp Nazzjonali tal-Infurzar (NEB).

NOTA: Bħala prinċipju, l-ilmenti għandhom jiġu ppreżentati fil-pajjiż fejn ikun seħħ l-inċident.