KUMMISSJONI EWROPEA

Homepage

Id-drittijiet tiegħek bħala passiġġier
meta tivjaġġa bl-ajru

Fuq tal-kaxxa tal-werrej
Kanċellazzjoni

Kanċellazzjoni tat-titjira

Inti intitolat għal kumpens identiku għal dak li jiġi offrut meta ma titħalliex titla’ fuq l-ajruplan, sakemm ma tkunx ġejt mgħarraf bil-kanċellazzjoni mill-inqas 14-il jum qabel it-titjira, jew tintbagħat fuq rotta differenti li tkun qrib tal-ħinijiet oriġinali tiegħek, jew jekk il-linja tal-ajru tkun tista’ turi bil-provi li t-titjira tħassret minħabba ċirkostanzi straordinarji. Barra minn hekk, il-linja tal-ajru għandha toffrilek l-għażla bejn

  • rimborż tal-biljett tiegħek fi żmien sebat ijiem;
  • vjaġġ b’rotta differenti lejn id-destinazzjoni finali tiegħek taħt kundizzjonijiet simili;
  • u, jekk ikun hemm bżonn, tingħata attenzjoni u għajnuna (il-possibbiltà li tagħmel telefonata, tingħata ikel u xorb ħafif, ikel, akkomodazzjoni, trasport lejn l-akkomodazzjoni).
Isfel tal-kaxxa tal-werrej

X'għandek tkun taf jekk temmen li d-drittijiet tiegħek bħala passiġġier inkisru?

Jekk tqis li d-drittijiet tiegħek skont il-leġiżlazzjoni dwar id-Drittijiet tal-passiġġieri
tal-ajru nkisru:


  • L-ewwel għandek tikkuntattja lil-linja tal-ajru jew - għal kwistjonijiet relatati ma' persuni b'mobilità mnaqqsa - lill-ajruport.
  • Jekk ma tkunx sodisfatt/a bit-tweġiba tagħhom, tista' tippreżenta ilment lill-Korp Nazzjonali tal-Infurzar (NEB).

NOTA: Bħala prinċipju, l-ilmenti għandhom jiġu ppreżentati fil-pajjiż fejn ikun seħħ l-inċident.