KUMMISSJONI EWROPEA

Homepage

Id-drittijiet tiegħek bħala passiġġier
meta tivjaġġa bl-ajru

Fuq tal-kaxxa tal-werrej
Miċħud/a milli titla'

Meta ma titħalliex titla’ fuq l-ajruplan

Meta l-passiġġieri ma jitħallewx jitilgħu fuq l-ajruplan għal titjira, il-linji tal-ajru huma obbligati li l-ewwel ifittxu voluntieri li jkunu lesti jċedu l-post miżmum għalihom bi tpartit ma’ ċerti benefiċċji. Barra minn hekk, it-trasportatur bl-ajru għandu joffri wkoll lill-voluntiera bl-għażla bejn rimborż sħiħ u titjira b’rotta differenti.
Inti tista’ tkun intitolat għal kumpens ta’ bejn €125 u €600, skont id-distanza tat-titjira u d-dewmien esperjenzat qabel tivvjaġġa b’rotta differenti.
Meta l-voluntiera jagħżlu li jivvjaġġaw b’rotta differenti, il-linja tal-ajru għandha tipprovdi wkoll għajnuna, jekk ikun meħtieġ, pereżempju – ikel, aċċess għal telefon, akkomodazzjoni ta’ lejl jew aktar, jekk ikun hemm bżonn, u trasportazzjoni bejn l-ajruport u l-post tal-akkomodazzjoni.

Video clip ta' 'Miċħud/a milli titla''

Isfel tal-kaxxa tal-werrej

X'għandek tkun taf jekk temmen li d-drittijiet tiegħek bħala passiġġier inkisru?

Jekk tqis li d-drittijiet tiegħek skont il-leġiżlazzjoni dwar id-Drittijiet tal-passiġġieri
tal-ajru nkisru:


  • L-ewwel għandek tikkuntattja lil-linja tal-ajru jew - għal kwistjonijiet relatati ma' persuni b'mobilità mnaqqsa - lill-ajruport.
  • Jekk ma tkunx sodisfatt/a bit-tweġiba tagħhom, tista' tippreżenta ilment lill-Korp Nazzjonali tal-Infurzar (NEB).

NOTA: Bħala prinċipju, l-ilmenti għandhom jiġu ppreżentati fil-pajjiż fejn ikun seħħ l-inċident.