Id-drittijiet tal-passiġġieri
Il-leġislazzjoni ta’ l-UE teħtieġ li l-vjaġġaturi kollha jkunu infurmati dwar l-identità tal-linja ta’ l-ajru li filfatt tkun se topera kwalunkwe titjira lejn jew minn ajruport ta’ l-UE, jew bħala parti minn vjaġġ li jibda jew jispiċċa fl-UE. Jekk l-operatur jinbidel, il-passiġġier għandu jkun infurmat dwar l-identità tal-linja ta’ l-ajru l-ġdida mill-aktar fis possibbli.
Aktar informazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-linji ta’ l-ajru ta’ l-UE.
Informazzjoni ta’ Sfond
Leġiżlazzjoni
-
Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l- 14
ta’ Diċembru 2005
dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpanniji
ta’ l-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li
jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpannija
ta’ l-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE -
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 473/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006
li
jistabbilixxi r-regoli implimentattivi għal-lista tal-Komunità ta’ kumpaniji
ta’ l-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità, li hemm
referenza għalihom fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru. 2111/2005
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. -
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006
li
jistabbilixxi l-lista tal-Komunità ta’ kumpaniji ta’ l-ajru li huma suġġetti
għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità, li hemm referenza għalihom
fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru. 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill. -
kif modifikata minn...
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 273/2010 tat- 30 ta' Marzu 2010
li
jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta'
kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat
fil-Komunità

























