Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata
  • Ċekken it-test
  • Kabbar it-test
  • Agħżel kuluri li jikkuntrastaw
  • Agħżel il-verżjoni bil-kuluri standard

Għalfejn għandek tirreġistra l-organizzazzjoni tiegħek?

Biex tirreġistra l-organizzazzjoni tiegħek fir-Reġistru għat-Trasparenza u biex timpennja rispett sħiħ lejn il-kodiċi tal-kondotta kemm min-naħa tiegħek, min-naħa tal-impjegati, u mill-membri jew rappreżentanti tkun indikazzjoni pubblika li l-organizzazzjoni tiegħek taċċetta r-regoli u li se tinteraġixxi mal-Istituzzjonijiet Ewropej bi trasparenza sħiħa. Joħroġ b'mod pubbliku wkoll il-fatt li inti attiv u qed tikkontribwixxi fil-proċess tal-UE biex b'hekk tiżgura li l-opinjonijiet tiegħek, l-interessi tiegħek jew ta' min tirrappreżenta qed isiru magħrufa għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-UE.

Aġenti u Membri tal-Istituzzjonijiet Ewropej ikunu jistgħu jiżguraw, meta tikkuntattjahom jew meta tikkomunika magħhom, li qed jinteraġixxu ma' organizzazzjoni li tirrispetta d-demokrazija u taċċetta li tipprovdi ammont minimu ta' informazzjoni għaċ-ċittadini kollha biex issir taf min qed jipparteċipa fil-proċess tal-UE.

  • Meta tkun irreġistrat tirċievi avviż kull darba li l-Kummissjoni Ewropea tippubblika sett ta' suġġerimenti jew tniedi konsultazzjoni pubblika dwar il-qasam li għandek interess fih.
  • Kif maħsub fl-artikolu 22 tal-ftehim interistiuzzjonali dwar Reġistru għat-Trasparenza : "Il-ħruġ u l-kontroll tat-tabelli li joffru aċċess fit-tul għall-bini tal-Parlament Ewropew jibqa' proċess regolat minn din l-istituzzjoni. Dawn it-tabelli jinħarġu biss għal individwi li jirrappreżentaw, jew jaħdmu għal, organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-Reġistru għat-Trasparenza fejn dawk l-organizzazzjoni jew individwi rreġistraw. Madankollu r-reġistrazzjoni ma tfissirx wieħed jingħata awtomatikament tabella."