Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata
  • Ċekken it-test
  • Kabbar it-test
  • Agħżel kuluri li jikkuntrastaw
  • Agħżel il-verżjoni bil-kuluri standard

Min hu mistenni jirreġistra?

L-organizzazzjonijiet kollha u l-persuni li jaħdmu għal rashom, irrespettivament mill-istat legali tagħhom, li jaħdmu f'attivitajiet li jaqgħu taħt ir-reġistru huma mistennija jirreġistraw. (Għall-attivitajiet esklużi mir-reġistru ara Parti IV "Skop tar-Reġistru" tal-ftehim interistituzzjonali - artikoli 8 u 9).

Eċċezzjonijiet jew preċiżjonijiet għal dan il-prinċipju dwar:

  • Knejjes u komunitajiet reliġjużi
  • Partijiet politiċi
  • Awtoritajiet lokali, reġjonali u muniċipali

huma deskritti fil-parti dwar id-"dispożizzjonijiet speċifiċi" tal-ftehim interistituzzjonali: paragrafi 11 sa 13 kif ġej:

11. Il-knejjes m'għandhomx x'jaqsmu mar-reġistru. Madankollu r-rappreżentazzjonijiet jew entitajiet legali tagħhom, uffiċini u netwerks maħluqin biex jirrappreżentawhom mal-istituzzjonijiet Ewropej, kif ukoll l-assoċjazzjonijiet tagħhom, għandhom jirreġistraw.

12. Il-partiti politiċi m'għandhomx x'jaqsmu mar-reġistru. Madankollu kwalunkwe organizzazzjoni li joħolqu jew jappoġġaw, li tkun taħdem b'attivitajiet li jaqgħu taħt l-iskop tar-reġistru, għandhom jirreġistraw.

13. Awtoritajiet lokali, reġjonali u muniċipali m'għandhomx x'jaqsmu mar-reġistru. Madankollu r-rappreżentazzjonijiet jew entitajiet legali tagħhom, uffiċini u netwerks maħluqin biex jirrappreżentawhom mal-istituzzjonijiet Ewropej, kif ukoll l-assoċjazzjonijiet tagħhom, għandhom jirreġistraw.

NB: L-Artikolu 13 issa ġie ppreċiżat bl-istqarrija li ġejja ta' VP Sefcovic: "B'hekk, is-servizzi li jiffurmaw parti integrali mill-amministrazzjoni tagħhom, bi staff ta' uffiċjali lokali, reġjonali u muniċipali u li jaħdmu fuq attivitajiet li jikkorrispondu mal-attribwizzjonijiet istituzzjonali jew kostituzzjonali tagħhom, m'għandhomx għalfejn jirreġistraw". Fil-fatt, strutturi awtonomi, bi status legali privat, li jinkludu awtoritajiet pubbliċi sotto-nazzjonali imma li jkunu kondiviżi b'interessi privati, maħluqa għal attivitajiet li jaqgħu fl-iskop tar-Reġistru għandhom jirreġistraw".

Il-gvernijiet tal-Istati Membri tal-UE, il-gvernijiet ta' pajjiżi terzi, l-organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali kif ukoll il-missjonijiet diplomatiċi tagħhom m'għandhomx għalfejn jirreġistraw.

Netwerks, pjattaformi jew xi xorta ta' attività kollettiva oħra mingħajr status legali jew personalità legali imma li tikkonstitwixxi de facto sors ta' influwenza organizzata, u li taħdem b'attivitajiet li jaqgħu taħt l-iskop tar-reġistru għandhom jirreġistraw. F'dawn il-każi, il-membri għandhom jidentifikaw wieħed minnhom bħala l-persuna ta' kuntatt responsabbli fir-relazzjonijiet mal-amministrazzjoni tar-reġistru.