Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata
  • Ċekken it-test
  • Kabbar it-test
  • Agħżel kuluri li jikkuntrastaw
  • Agħżel il-verżjoni bil-kuluri standard

Mekkaniżmu għall-ilmenti

Silta relevanti mill-ftehim Interistituzzjonali dwar ir-Reġistru għat-Trasparenza:

In-nuqqas ta' konformità mal-kodiċi tal-kondotta mir-reġistranti jew ir-rappreżentanti tagħhom jista' jwassal, wara investigazzjoni li tiżgura l-prinċipju ta' proporzjonalità u d-dritt ta' difiża, għall-applikazzjoni ta' miżuri stipulati fl-Anness 4 bħal sospensjoni jew tneħħija mir-reġistru u, jekk ikun applikabbli, is-sekwestru tat-tesseri li jippermettu l-aċċess fil-Parlament Ewropew maħruġa lill-persuni kkonċernati u, jekk ikun applikabbli, l-organizzazzjonijiet tagħhom. Deċiżjoni biex jiġu applikati tali miżuri tista' tkun ippubblikata fis-sit tar-reġistru.

Kulħadd jista' jressaq ilment, appoġġjat minn fatti materjali, dwar suspett ta' non-konformità mal-kodiċi ta' kondotta, skont il-proċedura stipulata fl-Anness 4.

Il-proċedura għall-investigazzjoni u x'isir dwar l-ilmenti

Id-dettalji kollha jiġu pprovduti fl-anness speċifiku tal-ftehim interistiuzzjonali ddedikat għall-Proċedura tal-investigazzjoni u t-trattament ta' lment (ara Dokumenti li tista' tniżżel).

Ressaq ilment