Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata
  • Ċekken it-test
  • Kabbar it-test
  • Agħżel kuluri li jikkuntrastaw
  • Agħżel il-verżjoni bil-kuluri standard

Għalfejn reġistru għat-trasparenza?

L-interazzjoni tal-istituzzjonijiet Ewropej mal-assoċjazzjonijiet taċ-ċittadini, l-NGO's, in-negozji, l-organizzazzjonijiet kummerċjali u professjonali, it-trejdjunjins, think tanks, eċċ hija kostanti, leġittima u neċessarja għall-kwalità tad-demokrazija, għall-kapaċità tagħhom li jwasslu politiki xierqa biex b'hekk il-ħtiġijiet u r-realtà jkunu fuq l-istess livell.

Iċ-ċittadini għandhom dritt jistennew li dan il-proċess ikun trasparenti u li jseħħ skont il-liġi kif ukoll fir-rispett ta' prinċipji etiċi, bl-evitar ta' pressjoni żejda, aċċess illeġittimu jew privileġġat għall-informazzjoni jew għal dawk li jagħmlu d-deċiżjonijiet.

Għalhekk ġie mwaqqaf ir-Reġistru għat-Trasparenza.

Jipprovdi liċ-ċittadini b'aċċess dirett u uniku għal informazzjoni dwar min huwa impenjat f'attivitajiet bil-għan li jinfluwenza l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet fl-UE, liema interessi qed jiġu segwiti u liema livell ta' riżorsi qed jiġu investiti f'dawn l-attivitajiet.

Joffri kodiċi ta' kondotta uniku li jorbot l-organizzazzjonijiet u l-individwi li jaħdmu għal rashom kollha li jaċċettaw li "jsegwu r-regoli" bir-rispett kollu tal-prinċipji etiċi. Mekkaniżmu ta' lmenti u sanzjonijiet jiżgura l-infurzar ta' dawn ir-regoli u jindirizza s-suspetti ta' ksur tal-kodiċi.

Ir-reġistru għat-Trasparenza ġie mwaqqaf u jitħaddem mill-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea. Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jappoġġa din l-inizjattiva. Bħala referenza, ara l-paġna "Dokumenti uffiċjali".