Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata
  • Ċekken it-test
  • Kabbar it-test
  • Agħżel kuluri li jikkuntrastaw
  • Agħżel il-verżjoni bil-kuluri standard

Avviż legali

Ir-Reġistru huwa parti mill-politika miftuħa dwar ir-relazzjonijiet mal-organizzazzjonijiet u nies li jaħdmu għal rashom fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE. Ir-reġistrazzjoni hija voluntarja u bl-ebda mod ma timplika li l-organizzazzjoni tiegħek ingħatat xi forma ta' rikonoxximent, approvazzjoni jew akkreditazzjoni mill-Istituzzjonijiet Ewropej.

L-informazzjoni fir-Reġistru tiġi provduta mill-organizzazzjonijiet irreġistrati u hija r-responsabbiltà esklussiva ta' dawn l-organizzazzjonijiet.

Is-Segretarjat konġunt tar-Reġistru ta’ trasparenza jirriserva d-dritt li jneħħi mir-Reġistru kwalunkwe organizzazzjoni b'valuri, għanijiet u/jew azzjonijiet kuntrarji għall-prinċipji tal-UE kif stipulat fl-Artikolu 6(1) u (2) tat-Trattat tal-UE.

Ir-Reġistru fih links għal siti esterni li l-Istituzzjonijiet Ewropej m'għandhomx kontroll fuqhom u li ma jistgħux ikunu responsabbli għalihom. Il-fatt li dawn il-links huma provduti ma jfissirx la approvazzjoni u lanqas garanzija dwar (i) l-organizzazzjoni (jew individwu) responsabbli għat-tmexxija jew il-provvista tal-kontenut fis-siti, (ii) is-servizzi rreklamati hemm, (iii) il-kontenut tas-siti jew (iv) kwalunkwe opinjoni espressa fihom.