Navigation path

Kif tagħmel talba għal aċċess għad-dokumenti tal-Kummissjoni

Ir-reġistru fih referenzi għal dokumenti tal-Kummissjoni (pubblikati u mhux pubblikati) li saru mill-1 ta' Jannar 2001.

F'każ ta' dokument diġà ppubblikat, issib link li jieħdok għat-test sħiħ tiegħu, li jinsab pereżempju fil-bażi tad-dejta EUR-Lex, fejn jinsabu wkoll il-liġijiet li qed jitħejjew (dokumenti COM), it-test tal-liġijiet fis-seħħ, u l-Ġurnali Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mill-1998.

Madankollu, biex tikseb kopja ta' dokument mhux ippubblikat li jinsab fir-reġistru, trid tikklikkja l-kaxxa taħt ir-referenza tad-dokument, timla l-formola elettronika u tibgħathielna. Fi kwalunkwe każ, l-aħjar tibda b'tiftixa fir-reġistru.

Jekk ma ssibx id-dokument li tkun qed tfittex fir-reġistru, tista' timla formola oħra, fejn tiddeskrivi d-dokument li tkun qed tfittex qabel ma tibgħatilna.

Id-dejta personali kollha kkomunikata lill-Kummissjoni hi trattata b’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament 45/2001 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali.