Navigation path

Kif tagħmel talba għal aċċess għad-dokumenti tal-Kummissjoni

  • Jekk jogħġbok innota li xi dokumenti tal-Kummissjoni jistgħu jiġu koperti, parzjalment jew kompletament, mill-eċċezzjonijiet għal aċċess pubbliku definiti fir-Regolament 1049/2001. F’xi każijiet, preżunzjoni ġenerali ta’ non-aċċessibilità ġiet rikonoxxuta mill-qrati tal-Unjoni u tkun tista' tintuża mill-Kummissjoni biex tirrifjutawl-aċċess, b’mod partikolari għal dokumenti li jagħmlu parti mill-proċeduri li ġejjin: EU Pilot, il-ksur tar-regoli, l-għajnuna mill-Istat, il-kompetizzjoni, fużjoni u kawżi fil-qorti.
  • L-aċċess għal fajls tar-reklutaġġ tal-EPSO jew għal fajls personali tal-persunal tal-Kummissjoni, mill-individwi kkonċernati, huwa regolat minn drittijiet speċifiċi ta’ aċċess li japplikaw minflok ir-Regolament 1049/2001. L-applikanti li jixtiequ jiksbu aċċess għall-fajls tagħhom stess f’dawn l-oqsma huma avżati biex jikkuntattjaw lill-EPSO jew id-DĠ HR direttament, taħt regoli speċifiċi tal-aċċess deskritti rispettivament fir-Regoli Ġenerali li jirregolaw il-kompetizzjonijiet miftuħa u r-Regolamenti tal-Persunal.
  • Id-dejta kollha tiegħek tiġi pproċessata f'konformità mad-dispożizzjonijiet u r-rekwiżiti tar-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (KE) 45/2001.
  • Nirriżervaw id-dritt li nirrifjutaw li nipproċessaw it-talba tiegħek fil-każ ta' dejta mhux kompluta jew mhux korretta fil-formula elettronika ta' hawn fuq.
  • Nirriservaw id-dritt li nitolbu l-preżentazzjoni ta' dokument validu ta' identità f'każ li jqumu dubju dwar l-identità tiegħek.

Ir-reġistru fih referenzi għal dokumenti tal-Kummissjoni (pubblikati u mhux pubblikati) li saru mill-1 ta' Jannar 2001.

F'każ ta' dokument diġà ppubblikat, issib link li jieħdok għat-test sħiħ tiegħu, li jinsab pereżempju fil-bażi tad-dejta EUR-Lex, fejn jinsabu wkoll il-liġijiet li qed jitħejjew (dokumenti COM), it-test tal-liġijiet fis-seħħ, u l-Ġurnali Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mill-1998.

Madankollu, biex tikseb kopja ta' dokument mhux ippubblikat li jinsab fir-reġistru, trid tikklikkja l-kaxxa taħt ir-referenza tad-dokument, timla l-formola elettronika u tibgħathielna. Fi kwalunkwe każ, l-aħjar tibda b'tiftixa fir-reġistru.

Jekk ma ssibx id-dokument li tkun qed tfittex fir-reġistru, tista' timla formola oħra, fejn tiddeskrivi d-dokument li tkun qed tfittex qabel ma tibgħatilna.

Id-dejta personali kollha kkomunikata lill-Kummissjoni hi trattata b’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament 45/2001 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali.