Ta' spiss il-Kummissjoni tingħata poter biex timplimenta leġiżlazzjoni ta' l-UE bl-għajnuna ta' kumitati magħmula minn rappreżentanti minn pajjiżi ta' l-UE.

Dan ir-reġistru jinkludi informazzjoni u dokumenti ġenerali relatati max-xogħol ta' dawn il-kumitati, li jinkludu kull dokumenti mibgħuta lill-Parlament Ewropew għall-informazzjoni jew skrutinju.

Reġistru ġdid imtejjeb

F'April 2008 ir-reġistru tal-komitoloġija ġie sostanzjalment imtejjeb għad-dokumenti relatati mal-laqgħat ta' komitoloġija u konsultazzjonijiet bil-miktub wara l-1 ta' April 2008. Id-dokumenti maħruġa qabel din id-data huma disponibbli mir-reġistru antik tal-komitoloġija.

Ir-reġistru tal-komitoloġija huwa distint mir-Reġistru tad-dokumenti tal-Kummissjoni External Link li jinkludu d-dokumenti tal-Kummissjoni (is-serje"COM", "C u "SEC").

B'liema mod jista' jgħini r-reġistru?

Id-dokumenti disponibbli hawnhekk jippermettulek li ssib stadji differenti matul iċ-ċiklu sħiħ ta' miżura ta' implimentazzjoni.

Tista' ssir taf aktar dwar il-bażi legali tal-kumitat u r-regoli ta' proċedura u d-"dossier" għal kull laqgħa li jinkludi l-minuti u d-dokumenti tal-konsultazzjoni bil-miktub.

Rinunzja: L-informazzjoni u d-dokumenti fir-reġistru huma mfassla mid-dipartimenti tal-Kummissjoni u mhumiex marbuta mal-Kummissjoni bħala istituzzjoni.