Mogħdija tan-navigazzjoni

  • Print version
  • Decrease text
  • Increase text

Il-Portal dwar it-Trasparenza

Deutsch (de) English (en) français (fr) slovenčina (sk)

"L-Unjoni Ewropea hija struttura unika iżda kumplessa. Għaldaqstant, li d-deċiżjonijiet isiru b'mod trasparenti huwa ta' importanza kbira għalina. Diġà jeżistu bosta strumenti ta' tagħrif fil-Kummissjoni. Irridu nagħmluhom faċilment aċċessibbli għaċ-ċittadini."

Viċi-President Maroš Šefčovič
Kummissarju għar-relazzjonijiet interistituzzjonali u l-amministrazzjoni

Fil-preżent, l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea jaffettwaw miljuni ta' ħajjiet ta' ċittadini Ewropej. Id-deċiżjonijiet li jaffettwawhom iridu jsiru kemm jista' jkun fil-beraħ.

Bħala ċittadin Ewropew, għandek id-dritt tkun taf kif l-istituzzjonijiet Ewropej qed iħejju dawn id-deċiżjonijiet, min jipparteċipa f'din it-tħejjija, min jieħu l-finanzjament mill-baġit tal-UE, u liema dokumenti jinżammu jew jinħolqu biex jiġu preparati jew adottati l-atti legali. Int ukoll għandek dritt tara dawn id-dokumenti, u tgħid tiegħek, kemm direttament kif ukoll indirettament, permezz ta' intermedjarji li jirrappreżentawk.

Din il-paġna web ġiet imfassla biex tkun it-tieqa tiegħek fuq id-dinja. Tagħtik aċċess dirett għal informazzjoni li tgħinek tkun mgħarraf u mħejji biex issegwi u tipparteċipa fil-proċess tad-deċiżjonijiet, biex tgawdi drittijietek u tagħti sehmek bħala ċittadin Ewropew sħiħ.