Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata
  • Ċekken it-test
  • Kabbar it-test

L-amministrazzjoni pubblika Ewropea hi msejsa fuq prinċipji ewlenin bħas-servizz, l-indipendenza, ir-responsabbiltà, l-akkontabilità, l-effiċjenza u t-trasparenza. F'dan l-ispirtu, fit-13 ta' Settembru 2000 il-Kummissjoni adottat Kodiċi ta' kondotta amministrattiva tajba għall-istaff tagħha fir-relazzjoni tagħhom mal-pubbliku.

Il-Kodiċi ta' kondotta amministrattiva tajba tgħin biex il-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba jitqiegħdu fil-prattika u tiggarantixxi li l-Kummissjoni hi istituzzjoni għas-servizz tal-Ewropej.

Din il-kodiċi tisħaq partikolarment fuq il-prinċipji li għandhom jiggwidaw din il-kondotta: legalità, non-diskriminazzjoni, proporzjonalità, konsistenza. Dawn il-prinċipji jmorru id f'id ma' dawk żviluppati mill-Medjatur Ewropew fid-"Dikjarazzjoni tal-prinċipji tas-servizz pubbliku għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea".

Iċ-ċittadini li jqisu li ma ġewx trattati skont ir-regoli msemmija hawn jistgħu jressqu lment.

Kontenut tal-Kodiċi

Format PDFpdf Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel 

Proċedura tal-Ilmenti

Ilmenti: f'liema ċirkostanzi?

Il-Kodiċi ta' Kondotta Amministrattiva tippermetti lill-membri tal-pubbliku jressqu lment fejn il-Kummissjoni Ewropea tkun qed tiksirha. Dan ifisser li n-nuqqas ta' konformità mal-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba stabbiliti fil-Kodiċi jista' jiġi ssanzjonat.

Kif tista' tressaq ilment?

Ilment jista' jitressaq b'sempliċi ittra jew permezz tal-formola speċjali. Il-formola mhix obbligatorja iżda tfasslet biex tgħin lil dawk li jilmentaw iressqu l-ilmenti tagħhom b'mod strutturat. Jekk possibbli nirrkmandaw li jsir użu minnha. Il-formola ta' lment tista' tintbagħat b'mod elettroniku Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel  jew bil-posta (jekk tippreferi li tagħmel dan, kulma trid tagħmel hu li tipprintja l-formola bil-format RTFrtf Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel  ).

Lil min għandek tibgħat l-ilment tiegħek?

L-ilmenti għandhom jintbagħtu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel  , li jgħaddih lid-dipartiment rilevanti tal-Kummissjoni.

Min jittratta l-ilment, u kemm jieħu żmien?

Id-Direttur Ġenerali jew Kap tad-Dipartiment rilevanti jinvestiga dak li jingħad fl-ilment u jwieġeb il-persuna li tressaq l-ilment bil-miktub fi żmien xahrejn.

Liema proċeduri ta' rimedji huma disponibbli, u kemm żmien jingħata ħalli jintalab sabiex l-ilment jiġi analizzat?

Min iressaq l-ilment għandu xahar biex jitlob lis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea biex janalizza r-riżultat tal-ilment; iż-żmien jibda mid-data meta min iressaq l-ilment jirċievi t-tweġiba. Is-Segretarju Ġenerali għandu jwieġeb għal din it-talba fi żmien xahar.

Jeżistu modi oħrajn kif jitressqu lmenti?

Ilment jista' jitressaq lill-Ombudsman Ewropew skont l-Artiklu 228 tat-Trattat tal-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Istatut tal-Ombudsman Ewropew.

Ikkuntattjana

Secretariat General of the European Commission
SG Unit B/3 – Ethics
1049 Bruxelles/Brussel
BELGIQUE/BELGIË