Mogħdija tan-navigazzjoni

  • Print version
  • Decrease text
  • Increase text

Konsultazzjoni dwar ir-Reġistru għat-Trasparenza

Qasam/Oqsma Politiċi

Affarijiet ġenerali u interistituzzjonali (Trasparenza)

Grupp(i) fil-mira

  1. Organizzazzjonijiet, awtoritajiet u individwi rreġistrati fir-Reġistru għat-trasparenza (konsulenti, kabinetti ta' avukati, konsulenti li jaħdmu għal rashom, rappreżentanti interni, gruppi professjonali, NGOs, gruppi ta' riflessjoni, organizzazzjonijiet tar-riċerka, istituzzjonijiet akkademiċi, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-knejjes u l-komunitajiet reliġjużi, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw awtoritajiet lokali, reġjonali u muniċipali, entitajiet pubbliċi jew pubbliċi-privati oħrajn).

  2. Organizzazzjonijiet u individwi li jaġixxu bħala persuni indipendenti involuti fl-iżvilupp u l-implimentazzjonijiet tal-politiki tal-UE, u li mhumiex irreġistrati fir-Reġistru għat-trasparenza (konsulenti, kabinetti ta' avukati, konsulenti li jaħdmu għal rashom, rappreżentanti interni, gruppi professjonali, NGOs, gruppi ta' riflessjoni, organizzazzjonijiet tar-riċerka, istituzzjonijiet akkademiċi, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-knejjes u l-komunitajiet reliġjużi, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw awtoritajiet lokali, reġjonali u muniċipali, entitajiet pubbliċi jew pubbliċi-privati oħrajn).

Perjodu ta' konsultazzjoni

Mill-08.06.2012 sas-31.08.2012

L-għan tal-konsultazzjoni

L-għan ta' din il-konsultazzjoni hu li tinġabar data relatata mat-tħejjija tar-rapport annwali meħtieġ skont il-punt 27 tal-ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar ir-Reġistru għat-Trasparenza għall-organizzazzjonijiet u l-individwi li jaġixxu bħala persuni indipendenti involuti fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE.

Kif tibgħat il-kontribuzzjoni tiegħek?

Nilqgħu kontribuzzjonijiet mill-organizzazzjonijiet ikkonċernati. Jekk jogħġbok ikklikkja hawn biex tissottometti l-kontribuzzjoni tiegħek.

Il-kontribuzzjonijiet li nirċievu jiġu ppubblikati fuq l-Internet. Huwa importanti li taqra l-istqarrija speċifika dwar il-privatezza li hija mehmuża ma' din il-konsultazzjoni għall-informazzjoni dwar kif se jiġu ttrattati d-data personali u l-kontribuzzjoni tiegħek.

Ara l-kwestjonarju

Links siewja

Dettalji biex tikkuntattjana

  • servizz responsabbli: Segretarjat Ġenerali, Unità B5 - Trasparenza
  • email: sg-transparency-register-public-consultation@ec.europa.eu
  • indirizz postali: B-1049 Bruxelles

Ara l-kontribuzzjonijiet

Fl-interess tat-trasparenza, l-organizzazzjonijiet huma mitluba jipprovdu lill-pubbliku bl-informazzjoni rilevanti dwarhom billi jirreġistraw fir-Reġistru dwar it-Trasparenza u billi josservaw il-Kodiċi ta' Kondotta tiegħu. Jekk l-organizzazzjoni mhix irreġistrata, is-sottomissjoni tiġi ppubblikata separatament mill-organizzazzjonijiet irreġistrati. 

  • Dan is-sit jipprovdi informazzjoni dwar id-djalogu u l-konsultazzjonijiet tal-Kummissjoni mas-soċjetà ċivili.
  • Fuq "Niffokaw fuq", nenfasizzaw sit tal-Kummissjoni jew tema li hi marbuta mas-soċjetà ċivili.