Mogħdija tan-navigazzjoni

  • Print version
  • Decrease text
  • Increase text

L-amministrazzjoni pubblika Ewropea hi msejsa fuq prinċipji ewlenin bħas-servizz, l-indipendenza, ir-responsabbiltà, l-akkontabilità, l-effiċjenza u t-trasparenza. F'dan l-ispirtu, fit-13 ta' Settembru 2000 il-Kummissjoni adottat Kodiċi ta' kondotta amministrattiva tajba għall-istaff tagħha fir-relazzjoni tagħhom mal-pubbliku.

Il-Kodiċi ta' kondotta amministrattiva tajba tgħin biex il-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba jitqiegħdu fil-prattika u tiggarantixxi li l-Kummissjoni hi istituzzjoni għas-servizz tal-Ewropej.

Din il-kodiċi tisħaq partikolarment fuq il-prinċipji li għandhom jiggwidaw din il-kondotta: legalità, non-diskriminazzjoni, proporzjonalità, konsistenza. Dawn il-prinċipji jmorru id f'id ma' dawk żviluppati mill-Medjatur Ewropew fid-"Dikjarazzjoni tal-prinċipji tas-servizz pubbliku għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea".

Iċ-ċittadini li jqisu li ma ġewx trattati skont ir-regoli msemmija hawn jistgħu jressqu lment.

Kontenut tal-Kodiċi

Format PDF pdf - 69 KB [69 KB] български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv)

Proċedura tal-Ilmenti

Ilmenti: f'liema ċirkostanzi?

Il-Kodiċi ta' Kondotta Amministrattiva tippermetti lill-membri tal-pubbliku jressqu lment fejn il-Kummissjoni Ewropea tkun qed tiksirha. Dan ifisser li n-nuqqas ta' konformità mal-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba stabbiliti fil-Kodiċi jista' jiġi ssanzjonat.

Kif tista' tressaq ilment?

Ilment jista' jitressaq b'sempliċi ittra jew permezz tal-formola speċjali. Il-formola mhix obbligatorja iżda tfasslet biex tgħin lil dawk li jilmentaw iressqu l-ilmenti tagħhom b'mod strutturat. Jekk possibbli nirrkmandaw li jsir użu minnha. Il-formola ta' lment tista' tintbagħat b'mod elettroniku jew bil-posta (jekk tippreferi li tagħmel dan, kulma trid tagħmel hu li tipprintja l-formola bil-format RTF rtf - 14 KB [14 KB] български (bg) čeština (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti keel (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) français (fr) Gaeilge (ga) italiano (it) latviešu valoda (lv) lietuvių kalba (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) ).

Lil min għandek tibgħat l-ilment tiegħek?

L-ilmenti għandhom jintbagħtu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, li jgħaddih lid-dipartiment rilevanti tal-Kummissjoni.

Min jittratta l-ilment, u kemm jieħu żmien?

Id-Direttur Ġenerali jew Kap tad-Dipartiment rilevanti jinvestiga dak li jingħad fl-ilment u jwieġeb il-persuna li tressaq l-ilment bil-miktub fi żmien xahrejn.

Liema proċeduri ta' rimedji huma disponibbli, u kemm żmien jingħata ħalli jintalab sabiex l-ilment jiġi analizzat?

Min iressaq l-ilment għandu xahar biex jitlob lis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea biex janalizza r-riżultat tal-ilment; iż-żmien jibda mid-data meta min iressaq l-ilment jirċievi t-tweġiba. Is-Segretarju Ġenerali għandu jwieġeb għal din it-talba fi żmien xahar.

Jeżistu modi oħrajn kif jitressqu lmenti?

Ilment jista' jitressaq lill-Ombudsman Ewropew skont l-Artiklu 228 tat-Trattat tal-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Istatut tal-Ombudsman Ewropew.

Ikkuntattjana

Secretariat General of the European Commission
Unit SG/B/4 Public Service Ethics
1049 Bruxelles/Brussel
BELGIQUE/BELGIË