Mogħdija tan-navigazzjoni

Għaliex il-konkors?

... għall-promozzjoni tat-tagħlim tal-lingwi u t-traduzzjoni

Jekk l-Ewropej għandhom ikunu "uniti fid-diversità" kif jgħid il-motto tal-UE, neħtieġu li nkunu kapaċi nifhmu lingwi minbarra tagħna.

Il-konkors tat-traduzzjoni Juvenes Translatores, li ilu jsir mill-2007, iservi biex jgħin lilkom kollha li għandkom għatx għal-lingwi barranin.

Fl-aħħar mill-aħħar, it-tagħlim tal-lingwi se jgħaqqadna iktar u jgħinna nifhmu aħjar il-kulturi ta' xulxin. U jagħmilha iktar faċli għalik – l-adult ta' għada – biex tistudja u taħdem madwar l-Ewropa.

Studji juru bżonn dejjem jikber għat-traduzzjoni u t-tradutturi fl-Ewropa. L-istudenti jeħtiġilhom ikunu lesti għal dan! Juvenes Translatores iżid l-għarfien dwar kemm huma importanti l-ħiliet tat-traduzzjoni u kif l-użu tat-traduzzjoni bħala "medjazzjoni" bejn il-lingwi għandu jiġi evalwat mill-ġdid.

... biex ngħinu lill-għalliema u t-tfal tal-iskola

Il-konkors irriżulta tassew popolari - 99% tal-iskejjel li pparteċipaw fil-konkorsi preċedenti jixtiequ jerġgħu jieħdu sehem.

Xi skejjel saħansitra organizzaw testijiet biex jagħżlu l-aqwa studenti għall-konkors iżda wkoll biex jinvolvu iktar mill-5 studenti li uffiċjalment jipparteċipaw f'dik li tista' tissejjaħ ċelebrazzjoni tat-traduzzjoni u tal-lingwi fi skola. L-entużjażmu hu mifrux fl-iskejjel parteċipanti kollha, u jinvolvi għalliema u studenti minn klassijiet differenti.

... biex jipprmowovi attivitajiet konġunti ma' skejjel barranin

Il-konkors Juvenes Translatores wera wkoll li hu punt ta' tluq għal tipi oħra ta' attivitajiet lingwistiċi. Xi skejjel li pparteċipaw bdew skambji edukattivi permezz ta' Juvenes Translatores.

L-iskejjel li huma interessati f'inizjattivi bħal dawn jistgħu jikkunsidraw ukoll l-e-twinning.

Il-paġna ta' Facebook tagħna se tgħinek tissoċjalizza u taqsam ideat u kontenut ma' parteċipanti oħra. Il-blogg tagħna jagħti l-possibbiltà lill-għalliema biex jiskambjaw l-aħjar eżempji u biex jitgħallmu minn xulxin.

 

Il-konkors Juvenes Translatores wera wkoll li hu punt ta' tluq għal tipi oħra ta' attivitajiet lingwistiċi. Xi skejjel li pparteċipaw bdew skambji edukattivi permezz ta' Juvenes Translatores.

L-iskejjel li huma interessati f'inizjattivi bħal din jistgħu jikkunsidraw ukoll l-e-twinning (link:…).

Il-paġna ta' Facebook (link) tagħna se tgħinek tissoċjalizza u taqsam ideat u kontenut ma' parteċipanti oħra. Il-blogg(link) tagħna jagħti l-possibbiltà lill-għalliema biex jiskambjaw l-aħjar eżempji u biex jitgħallmu minn xulxin.