Mogħdija tan-navigazzjoni

Konkors 2009

Tliet darbiet hija tradizzjoni. Fl-24 ta' Novembru 2009 iż-żgħażagħ Ewropej setgħu għal darb'oħra jaċċettaw l-isfida li jagħmluha ta' tradutturi. Din id-darba, il-konkors kien miftuħ għal dawk li twieldu fl-1992 li jinteressaw ruħhom fit-traduzzjoni. Ċerti li xi wħud minnhom jispiċċaw bħal xi rebbieħa preċedenti, jistudjaw il-lingwi u t-traduzzjoni fl-università, bil-għan li jibdew karriera ta' traduttur.

2009

L-opportunità li niltaqgħu ma' żgħażagħ interessati fil-lingwi, wiċċ imb'wiċċ mar-rebbieħa, u permezz tat-traduzzjonijiet tagħhom mal-parteċipanti kollha, huwa mument ta' ispirazzjoni għalina lkoll li naħdmu fuq dan il-konkors. Nirringrazzjaw lill-għalliema kollha u lil persunal ieħor tal-iskejjel li jagħmlu sforz u jużaw il-ħin tagħhom biex jagħtu dan iċ-ċans lill-istudenti.

links relatati: