Mogħdija tan-navigazzjoni

Konkors 2007

Fl-14 ta' Novembru 2007, 'il fuq minn elf żgħażugħ u żgħażugħa ta' 17-il sena minn madwar 300 skola tal-Unjoni Ewropea, ippruvaw il-professjoni tat-traduzzjoni. Ma kienux waħedhom: kien hemm tim fi Brussell magħmul minn aktar minn 20 persuna biex isolvu intoppi tal-aħħar minuta u biex jassiguraw li l-mistoqsijiet kollha li saru permezz tat-telfown u l-email jintwieġbu fil-lingwa nattiva.

Rebbieħa tal-2007

  • Wara l-konkors, il-kaxxa tal-posta elettronika tal-Juvenes Translatores imtliet b'messaġġi ta' entużjażmu u apprezzament li kienu parti minn avveniment li seħħ madwar l-Ewropa kollha u li serva wkoll bħala esperjenza ta' tagħlim.
  • Il-konkors ġie segwit mill-midja lokali u mill-iskejjel stess.
  • 'Il fuq minn mitt eżaminatur ivvalutaw aktar minn 1,300 traduzzjoni qabel il-btajjel tal-Milied. Dawn kienu impressjonati minħabba l-ħila u l-immaġinazzjoni murija mill-kontestanti.
  • Juvenes Translatores kienet esperjenza li tat il-frott: nilħqu lill-pubbliku, nippromwovu t-tagħlim tal-lingwi u nqajmu kuxjenza dwar il-professjoni tat-traduzzjoni.

links relatati: