Navigation path

Additional tools

Mistoqsijiet Frekwenti

Q1 - X’inhi l-VIES (is-Sistema ta' Skambju ta' Informazzjoni tal-VAT) fuq il-web?
Q2 - Kif tinkiseb din l-informazzjoni?
Q3 - Għaliex ċerti fornituri tas-softwer jitolbu numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT meta nixtri mill-internet?
Q4 - Informazzjoni disponibbli fuq il-VIES fuq il-web mhix korretta; kif tikkoreġiha?
Q5 - Nista’ nagħmel lista ta’ talbiet permezz tal-VIES fuq il-Web?
Q6 - Se tkun disponibbli aktar informazzjoni?
Q7 - Is-sistema tindika li numru hu invalidu. X’azzjoni għandi nieħu?
Q8 - Jeħtieġ li jkolli numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT għal klijent tiegħi qabel ma nforni oġġetti jew servizzi intra-UE?
Q9 - Jeħtieġli numru validu tal-VAT għad-dikjarazzjoni rikapitulattiva tiegħi?
Q10 - X’inhi dikjarazzjoni rikapitulattiva?
Q11 - Hu possibbli li nkun taf l-algoritmi użati mill-Istati Membri fil-kostruzzjoni tan-numri ta’ identifikazzjoni tagħhom tal-VAT?
Q12 - X’għandi nagħmel jekk in-numru tal-VAT tiegħi jidher bħala invalidu?
Q13 - X’għandi nagħmel jekk in-numru tal-VAT tal-klijent tiegħi jidher bħala invalidu?
Q14 - X’għandi nagħmel jekk is-sit web ma jkunx qed jaħdem?
Q15 - X’għandi nagħmel jekk l-indirizz tal-IP tiegħi ġie mblukkat?
Q16 - X’għandi nagħmel jekk nirċievi messaġġ ta’ żball?
Q17 - Hu possibbli li jkolli l-isem u/jew l-indirizz illinkjat man-numru tal-VAT?
Q18 - Hu possibbli li jkolli interface miftuħ għas-sit web tal-Kummissjoni?
Q19 - Hu possibbli li nakkwista n-numru tal-VAT ta' klijent/fornitur billi nkun naf ismu u l-indirizz tiegħu?
Q20 - X’għandi nagħmel jekk ma nistax niċċekkja l-validità tan-numru tal-VAT ta’ klijent?
Q21 - In-numri tal-VAT Awstrijaċi għandhom il-prefiss “ATU”, iżda s-sit web tal-Kummissjoni jipprovdi biss il-prefiss “AT” għan-numri Awstrijaċi.
Q22 - Qed nipprova nivvalida numru tal-VAT Spanjol, in-numru hu validu iżda l-isem u l-indirizz mhumiex ipprovduti.
Q23 - Teżisti bażi tad-dejta disponibbli bil-persuni kollha reġistrati tal-VAT?
Q24 - Fejn nista’ nikseb aktar informazzjoni dwar l-amministrazzjoni fiskali tal-VAT tal-UE?
Q25 - Xi nhuma t-tipi ta’ kumpaniji disponibbli?


Q1 : X’inhi l-VIES (is-Sistema ta' Skambju ta' Informazzjoni tal-VAT) fuq il-web?

Hi mezz elettroniku ta’ valutazzjoni tan-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-operaturi ekonomiċi reġistrati fl-Unjoni Ewropea għal transazzjonijiet transkonfinali fuq l-oġġetti jew is-servizzi.


Q2 : Kif tinkiseb din l-informazzjoni?

Meta jeħtieġlek tivverifika n-numru tal-VAT tal-klijent tiegħek fi Stat Membru ieħor permezz tal-VIES fuq il-web, tintbagħat din it-talba, permezz ta’ konnessjoni sigura, lill-bażi tad-dejta nazzjonali rilevanti biex tivverifika jekk hux irrikordjat fiha n-numru mogħti. Jekk iva, jintwera l-istatus “Validu”. Jekk le, jintwera l-istatus “Invalidu”.

Skont ir-regoli nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta, ċerti Stati Membri jipprovdu wkoll l-isem u l-indirizz marbutin man-numru mogħti tal-VAT billi dawn huma rikordjati fil-bażijiet tad-dejta nazzjonali.


Q3 : Għaliex ċerti fornituri tas-softwer jitolbu numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT meta nixtri mill-internet?

Il-fornituri tas-servizzi elettroniċi, bħal apdejts ta’ antivajrusijiet huma obbligati li jitolbu l-VAT għas-servizz. Jekk ix-xerrej ta’ dawn is-servizzi hu persuna taxxabbli, mela f’ċerti ċirkostanzi, hu l-konsumatur, aktar milli l-fornitur li għandu jagħti rendikont għall-VAT. Għal din ir-raġuni, il-fornitur jista’ jistaqsi għan-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-konsumatur, sabiex hu jkun jista’ jikkonferma jekk hux hu li għandu jitlob il-ħlas tal-VAT jew jekk il-konsumatur innifsu għandux jagħti rendikont għall-VAT. Jekk il-konsumatur ma għandux numru validu tal-VAT, f’dak il-każ il-fornitur għandu jitlob il-VAT. Għal informazzjoni addizzjonali, jekk jogħġbok ara VAT fuq il-kummerċ elettroniku (FAQ)


Q4 : Informazzjoni disponibbli fuq il-VIES fuq il-web mhix korretta; kif tikkoreġiha?

Il-bażijiet tad-dejta b’numri tal-VAT huma miżmumin mill-amministrazzjonijiet nazzjonali tat-taxxa. Jekk l-informazzjoni fuq il-VIES fuq il-web mhix apdejtjata tista’ tikkuntattja l-amministrazzjoni tat-taxxa. Meta jsir l-apdejt, dan ikun immedjatament viżibbli permezz tal-VIES fuq il-web. Il-bidliet mhumiex ivvalidati mill-Kummissjoni Ewropea.


Q5 : Nista’ nagħmel lista ta’ talbiet permezz tal-VIES fuq il-Web?

Le. Is-sistema hi ddisinjata għall-talbiet uniċi.


Q6 : Se tkun disponibbli aktar informazzjoni?

Le. Konferma biss dwar jekk numru hux validu jew invalidu. Mhux possibbli li fil-passat tikkonferma l-validità tan-numru tal-VAT. Dan hu possibbli biss għal jum kurrenti.


Q7 : Is-sistema tindika li numru hu invalidu. X’azzjoni għandi nieħu?

Jekk numru tal-VAT jidher bħala invalidu, l-ewwel li għandek tagħmel hu li tiċċekkja mal-klijent tiegħek li n-numru kkwotat hu korrett (in-numru korrett tal-karattri, it-tul korrett u l-prefiss tal-pajjiż). Jekk in-numru kkwotat mill-klijent tiegħek, anki wara li tiċċekkja, ikompli jidher bħala “invalidu”, għandek tistaqsi lil dak in-negozju biex jikkuntattja l-amministrazzjoni tat-taxxa tiegħu sabiex jitlob li d-dejta fis-Sistema ta’ Skambju ta’ Informazzjoni tal-VAT (VIES) tiġi apdejtjata (l-amministrazzjonijiet nazzjonali tat-taxxa biss jistgħu japdejtjaw id-dejta tal-VIES).

Jekk issib li d-dejta tan-negozju tiegħek hi inkorretta jew mhix apdejtjata, għandek tikkuntattja l-amministrazzjoni tat-taxxa tiegħek u titlob li din tiġi kkoreġuta. Jekk jogħġbok innota li xi wħud mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa fl-UE se jeħtieġuk li tissottometti talbiet ta’ din ix-xorta bil-miktub jew billi timla formola.

Xi wħud mill-Istati Membri jeħtieġu reġistrazzjoni addizzjonali għal transazzjonijiet intra-UE u jirrikordjaw biss fil-bażi tad-dejta nazzjonali tal-VIES numri tal-VAT ta’ din ix-xorta; għalhekk, hu possibbli li n-numru tal-VAT, anki jekk korrett, mhux se jkun ivvalidat permezz tal-VIES, għax il-proprejtarju ta’ dak in-numru tal-VAT mhux involut fi transazzjonijiet intra-UE jew ma rreġistrax għal dawk il-finijiet mal-amministrazzjoni tat-taxxa tiegħu.

L-amministrazzjoni tat-taxxa li għandha tiġi kkuntattjata dejjem hi l-amministrazzjoni li allokat in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT li jiltaqa’ ma’ żbalji jew ma’ dejta skorretta. Din l-amministrazzjoni tat-taxxa tista’ tiġi identifikata mill-prefiss tal-pajjiż li jippreċedi n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT. L-aġġustamenti jsiru b’konformità mal-proċeduri domestiċi tal-Istat Membru kkonċernat.

Mehmużin tista’ ssib lista li fiha l-links tal-web għall-paġni ewlenin tal-amministrazzjonijiet nazzjonali tat-taxxa li tista’ tikkuntattjahom għal korrezzjoni


Q8 : Jeħtieġ li jkolli numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT għal klijent tiegħi qabel ma nforni oġġetti jew servizzi intra-UE?

Hu neċessarju li tiżgura li l-persuna li qed tforni fi Stat Membru ieħor hi persuna taxxabbli billi dan hu wieħed mill-elementi li jiddefinixxu t-trattament korrett tal-VAT. Il-persuni kollha taxxabbli obbligati li jinformaw l-amministrazzjoni tat-taxxa tagħhom li huma jwettqu transazzjonijiet taxxabbli tal-VAT; bi skambju, l-amministrazzjoni tat-taxxa tipprovdihom b’numru uniku tal-VAT. Il-VIES fuq il-web tippermetti li jiġi vvalidat jekk numru tal-VAT ipprovdut mill-klijent tiegħek hux irreġistrat fil-bażi tad-dejta nazzjonali rilevanti. In-numru validu tal-VAT tal-klijent tiegħek għandu jissemma' fuq l-invojs.


Q9 : Jeħtieġli numru validu tal-VAT għad-dikjarazzjoni rikapitulattiva tiegħi?

Iva. In-numru tal-klijent tiegħek ikkwotat fid-dikjarazzjoni rikapitulattiva li int issottomettejt lill-amministrazzjoni tat-taxxa tiegħek jeħtieġlu jkun korrett.


Q10 : X’inhi dikjarazzjoni rikapitulattiva?

Il-persuni taxxabbli li jagħmlu fornimenti intra-Komunità jirrapportaw it-total tal-fornimenti fil-kwart rilevanti għal kull persuna taxxabbli fi Stat Membru ieħor f’dikjarazzjoni rikapitulattiva li hi sottomessa lill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-persuna taxxabbli li tagħmel il-fornimenti.


Q11 : Hu possibbli li nkun taf l-algoritmi użati mill-Istati Membri fil-kostruzzjoni tan-numri ta’ identifikazzjoni tagħhom tal-VAT?

Il-Kummissjoni Ewropea ma tistax tikxef dawn l-algoritmi. Madankollu, l-istruttura tan-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT hi mogħtija fit-tabella hawn taħt.


Struttura tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT
Stat Membru Struttura Format*
AT-L-Awstrija ATU99999999 Blokka waħda ta' 9 karattri
BE-Il-Belġju BE0999999999 Blokka waħda ta' 10 diġits
BG-Il-Bulgarija BG999999999 jew
BG9999999999
Blokka waħda ta’ 9 diġits jew blokka waħda ta’ 10 diġits
CY-Ċipru CY99999999L Blokka waħda ta' 9 karattri
CZ-Ir-Repubblika Ċeka CZ99999999 jew
CZ999999999 jew
CZ9999999999
Blokka waħda ta' 8, 9 jew 10 diġits
DE-Il-Ġermanja DE999999999 Blokka waħda ta' 9 diġits
DK-Id-Danimarka DK99 99 99 99 4 blokki ta' 2 diġits
EE-L-Estonja EE999999999 Blokka waħda ta' 9 diġits
EL-Il-Greċja EL999999999 Blokka waħda ta' 9 diġits
ES-Spanja ESX9999999X4 Blokka waħda ta' 9 karattri
FI-Il-Finlandja FI99999999 Blokka waħda ta' 8 diġits
FR-Franza FRXX 999999999 Blokka waħda ta’ 2 karattri, blokka waħda ta’ 9 diġits
GB-Ir-Renju Unit GB999 9999 99 jew
GB999 9999 99 9995 jew
GBGD9996 jew
GBHA9997
Blokka waħda ta’ 3 diġits, blokka ta’ 4 diġits u blokka ta’ 2 diġits jew ta’ hawn fuq segwiti bi blokka ta’ 3 diġits; jew blokka waħda ta' 5 karattri
HR-Il-Kroazja HR99999999999 Blokka waħda ta' 11-il diġit
HU-L-Ungerija HU99999999 Blokka waħda ta' 8 diġits
IE-L-Irlanda IE9S99999L
IE9999999WI
Blokka waħda ta’ 8 karattri jew blokka waħda ta’ 9 diġits
IT-L-Italja IT99999999999 Blokka waħda ta' 11-il diġit
LT-Il-Litwanja LT999999999 jew
LT999999999999
Blokka waħda ta’ 9 karattri, jew blokka waħda ta’ 12-il diġit
LU-Il-Lussemburgu LU99999999 Blokka waħda ta' 8 diġits
LV-Il-Latvja LV99999999999 Blokka waħda ta' 11-il diġit
MT-Malta MT99999999 Blokka waħda ta' 8 diġits
NL-In-Netherlands NL999999999B998 Blokka waħda ta' 12-il karattru
PL-Il-Polonja PL9999999999 Blokka waħda ta' 10 diġits
PT-Il-Portugall PT999999999 Blokka waħda ta' 9 diġits
RO-Ir-Rumanija RO999999999 Blokka waħda b’mimimu ta’ 2 diġits u b’massimu ta’ 10 diġits
SE-L-Iżvezja SE999999999999 Blokka waħda ta' 12-il diġit
SI-Is-Slovenja SI99999999 Blokka waħda ta' 8 diġits
Is-Slovakkja SK9999999999 Blokka waħda ta' 10 diġits

Rimarki:

*: Il-format jeskludi l-prefiss alfa b’2 ittri
9: Diġit
X: Ittra jew diġit
S: Ittra; diġit; "+" jew "*"
L: Ittra

Noti:

1: L-ewwel pożizzjoni li ssegwi l-prefiss hi dejjem "U"
2: L-ewwel diġit li jsegwi l-prefiss hu dejjem żero ('0')
3: Il-format (il-ġdid) b’10 diġits hu r-riżultat taż-żieda ta’ żero fuq quddiem mal-format (il-qadim) ta’ 9 diġits.
4: L-ewwel u l-aħħar karattri jistgħu jkunu alfa jew numeriċi; iżda ma jistgħux ikunu t-tnejn numeriċi.
5: Jidentifika l-fergħa tan-negozjanti.
6: Jidentifika d-Dipartimenti tal-Gvern.
7: Jidentifika l-Awtoritajiet tas-Saħħa.
8: L-10 pożizzjoni li ssegwi l-prefiss hi dejjem "B".
9: L-ittri kollha huma sensittivi għat-tipa. Jekk jogħġbok segwi s-sintassi eżatta tan-numru tal-VAT muri.

Q12 : X’għandi nagħmel jekk in-numru tal-VAT tiegħi jidher bħala invalidu?

Is-sit web tal-Kummissjoni hu sistema f'ħin reali li tiċċekkja l-validità tal-identifikazzjoni ta’ numri tal-VAT ma’ bażijiet tad-dejta miżmumin mill-Istati Membri. Jekk in-numru tal-VAT tiegħek jidher bħala invalidu, jeħtieġlek tikkuntattja l-amministrazzjoni tat-taxxa tiegħek dwar il-kwistjoni.


Q13 : X’għandi nagħmel jekk in-numru tal-VAT tal-klijent tiegħi jidher bħala invalidu?

Is-sit web tal-Kummissjoni hu sistema f'ħin reali li tiċċekkja l-validità tal-identifikazzjoni ta’ numri tal-VAT ma’ bażijiet tad-dejta miżmumin mill-Istati Membri. Fi kliem ieħor, meta tiċċekkja numru, hi l-bażi tad-dejta ta’ dak l-Istat Membru li tkun qed tiġi ċċekkjata. Jekk in-numru tal-VAT tal-klijent tiegħek jidher bħala invalidu, mela hu jeħtieġlu jikkuntattja l-amministrazzjoni fiskali tiegħu dwar il-kwistjoni.


Q14 : X’għandi nagħmel jekk is-sit web ma jkunx qed jaħdem?

Is-sit web tal-Kummissjoni hu sistema f'ħin reali li tiċċekkja l-validità tal-identifikazzjoni ta’ numri tal-VAT ma’ bażijiet tad-dejta miżmumin mill-Istati Membri. Fi kliem ieħor, meta tiċċekkja numru, hi l-bażi tad-dejta ta’ dak l-Istat Membru li tkun qed tiġi ċċekkjata. Xi wħud mill-partijiet tas-sistema jistgħu ma jkunux disponibbli f’ċerti ħinijiet minħabba n-neċessità għal back-up tal-bażijiet tad-dejta tal-Istati Membri. Din hi problema magħrufa, u l-Kummissjoni qed taħdem mal-Istati Membri biex tiżgura li t-tul ta’ żmien li l-bażijiet tad-dejta tagħhom ma jkunux qed jaħdmu għall-apdejtjar jinżamm għal-livell minimu.


Q15 : X’għandi nagħmel jekk l-indirizz tal-IP tiegħi ġie mblukkat?

F’ċirkustanzi li fihom ċerti azzjonijiet jiġu rikonoxxuti bħala użu abbużiv tas-servizz, l-oriġinatur tat-talba (l-indirizz speċifiku tal-IP) jiġi mblukkat. Jekk taħseb li l-indirizz tal-IP ġie mblukkat bi żball mis-servizz jekk jogħġbok ikkuntattja lil TAXUD-VIESWEB .


Q16 : X’għandi nagħmel jekk nirċievi messaġġ ta’ żball?

Jekk jogħġbok irriferi għall-Paġna ta’ għajnuna għal lista ta’ tweġibiet possibbli mis-servizz. Jekk tirċievi żball li mhuwiex fil-lista jekk jogħġbok ikkuntattja lil TAXUD-VIESWEB .


Q17 : Hu possibbli li jkolli l-isem u/jew l-indirizz illinkjat man-numru tal-VAT?

Ċerti Stati Membri jippermettu li jintwerew l-isem u l-indirizz tal-persuna taxxabbli fejn in-numru tal-VAT hu attwalment validu. Jekk ma jidher ebda isem/indirizz, dan ifisser li l-Istat Membru rilevanti ma jippermettix il-wiri ta’ din id-dejta. Il-klijenti għandhom id-dritt li jiksbu l-konferma mingħand l-amministrazzjoni tat-taxxi tagħhom jekk numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT hu assoċjat ma’ isem u/jew indirizz.


Q18 : Hu possibbli li jkolli interface miftuħ għas-sit web tal-Kummissjoni?

Servizz SOAP, li joffri l-istess funzjonalità bħas-servizz interattiv hu disponibbli. Il-paġni tad- dikjarazzjoni ta’ ċaħda , tal-għajnuna u tal-għajnuna , huma wkoll applikabbli għal dan is-servizz. Il-fajl WSDL jista’ jinkiseb hawnhekk: http://ec.europa.eu/taxation_customs/vies/checkVatService.wsdl. Kwalunkwe mistoqsija teknika relatata ma’ dan is-servizz tista’ tiġi sottomessa lil TAXUD - Vies fuq l-Internet.


Q19 : Hu possibbli li nakkwista n-numru tal-VAT ta' klijent/fornitur billi nkun naf ismu u l-indirizz tiegħu?

Mhux possibbli li tfittex għan-numru tal-VAT abbażi tal-isem u tal-indirizz.


Q20 : X’għandi nagħmel jekk ma nistax niċċekkja l-validità tan-numru tal-VAT ta’ klijent?

Jekk temmen li l-klijent tiegħek mhux persuna taxxabbli, ma għandekx teżenta l-forniment iżda għandek titlob il-VAT.


Q21 : In-numri tal-VAT Awstrijaċi għandhom il-prefiss “ATU”, iżda s-sit web tal-Kummissjoni jipprovdi biss il-prefiss “AT” għan-numri Awstrijaċi.

Il-prefiss korrett għall-Awstrija hu “AT”. L-ewwel pożizzjoni għan-numri tal-VAT Awstrijaċi hu dejjem “U”. Għalhekk għandek iddaħħal “U” bħala l-ewwel karattru meta tivverifika numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT Awstrijak.


Q22 : Qed nipprova nivvalida numru tal-VAT Spanjol, in-numru hu validu iżda l-isem u l-indirizz mhumiex ipprovduti.

Għan-numri tal-VAT Spanjoli, jeħtieġ li jiddaħħlu l-isem, l-indirizz u t-tip ta’ kumpanija flimkien man-numru tal-VAT li se jiġi vvalidat; il-bażi tad-dejta Spanjola tipprovdihom b’mod awtomatiku.


Q23 : Teżisti bażi tad-dejta disponibbli bil-persuni kollha reġistrati tal-VAT?

Is-sit web tal-Kummissjoni hu konness rispettivament mal-bażijiet tad-dejta tal-VAT tal-Istati Membri u l-verifikazzjoni hi bbażata fuq l-informazzjoni disponibbli fil-bażi tad-dejta rispettiva. Ma teżisti ebda bażi tad-dejta ċentrali.


Q24 : Fejn nista’ nikseb aktar informazzjoni dwar l-amministrazzjoni fiskali tal-VAT tal-UE?

Tista’ ssib din l-informazzjoni fil-pubblikazzjoni l-VAT fil-Komunità Ewropea.


Q25 : Xi nhuma t-tipi ta’ kumpaniji disponibbli?

Tista’ ssib minn issa ’l quddiem lista ta’ tipi ta’ kumpaniji disponibbli skont l-Istat Membru:

EL-0 ΦΥΣΙΚΟ ΠΡΟΣΩΠΟ / FYSIKO PROSOPO
EL-1 OE
EL-2 EE
EL-4 ΕΠΕ / EPE
EL-5 ΕΠΕ ΜΟΝΟΠΡΟΣΩΠΗ / EPE MONOPROSOPI
EL-6 ΙΜΕ ΕΠΕ / IME EPE
EL-7 AE
EL-8 ΝΑΥΤΙΚΗ ΕΤΑΙΡΕΙΑ / NAFTIKI ETAIRIA,ΝΑΥΤΙΚΗ ΕΤΑΙΡΕΙΑ / NAFTIKI ETAIRIA
EL-19 ΙΜΕ ΕΠΕ ΜΟΝΟΠΡΟΣΩΠΗ / IME EPE MONOPROSOPI
EL-31 ΑΓΡΟΤΙΚΟΣ ΣΥΝΕΤΑΙΡΙΣΜΟΣ / AGROTIKOS SYNETAIRISMOS
EL-35 ΝΕΠΑ ΝΑΥΤΙΛ ΕΤΑΙΡ ΠΛΟΙΩΝ ΑΝΑΨΥΧ Ν3182/03 / NEPA NAFTIL ETAIR PLOION ANAPSYCH N3182/03
EL-45 ΕΥΡΩΠΑΙΚΟΣ ΟΜΙΛΟΣ ΟΙΚΟΝΟΜΙΚΟΥ ΣΚΟΠΟΥ / EVROPAIKOS OMILOS OIKONOMIKOU SKOPOU
EL-51 ΑΕ ΜΟΝΟΠΡΟΣΩΠΗ / AE MONOPROSOPI
EL-52 ΑΕ ΟΤΑ
EL-60 ΝΟΜΙΚΟ ΠΡΟΣΩΠΟ ΔΗΜΟΣΙΟΥ ΔΙΚΑΙΟΥ / NOMIKO PROSOPO DIMOSIOU DIKAIOU
EL-99 ΑΛΛΟ / OTHER

ES-1 Persona física
ES-2 Sociedad Anónima
ES-3 Sociedad Limitada
ES-4 Sociedad Colectiva
ES-5 Sociedad Comanditaria
ES-6 Comunidad de Bienes
ES-7 Cooperativa
ES-8 Asociación y otro tipo
ES-9 Comunidad de Propietarios
ES-10 Sociedades civiles c/s Personal. Jurídica
ES-11 Entidades Extranjeras
ES-12 Corporación Local
ES-13 Organismo público
ES-14 Congregaciones e Instituciones religiosas
ES-15 Organismo de la Administración del Estado o Comunidades Autónomas (CCAA)
ES-16 Unión temporal de empresas
ES-17 Otros tipos no definidos
ES-18 Establecimiento permanente de entidad no residente