Accessibility tools
Service tools
Language selector
Navigation path
Additional tools
L-informazzjoni ppubblikata u l-pożizzjonijiet espressi f'dan il-Portal Ewropew tan-NIT huma tal-awturi u mhux neċessarjament jirriflettu l-opinjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea. Filwaqt li l-Portal Ewropew tan-NIT jitmexxa mill-Kummissjoni Eweropea, ir-responsabbiltà tal-kontenut tinqasam: il-paġni tal-kontenut huma jew "Ewropej" (fejn il-Kummissjoni hija responsabbli) jew "nazzjonali" (fejn kull Stat Membru tal-UE huwa responsabbli għall-kontenut u l-links fil-paġni tiegħu).
Il-Kummissjoni Ewropea żżomm dan il-Portal Ewropew tan-NIT biex tippermetti lil persuni li huma suġġetti għal rappurtaġġ speċifiku dwar it-taxxa impost fuqhom mil-leġiżlazzjoni Ewropea jew nazzjonali:
Kull użu ieħor u kull estrazzjoni u użu tal-informazzjoni u d-dejta li ma tkunx konformi mal-għanijiet kif ukoll in-notifiki tad-drittijiet tal-awtur u r-regoli dwar il-ħarsien tad-dejta personali u l-privatezza kif imfissra 'l quddiem huwa strettament ipprojbit.
Din l-informazzjoni:
L-għan tagħna hu li dan il-Portal Ewropew tan-NIT u l-modulu ta' verifika onlajn tan-NIT jinżammu jaħdmu fil-ħin u b'mod preċiż. Se nagħmlu kull ma nistgħu biex nikkoreġu l-iżbalji li jitressqu quddiemna. Il-pajjiżi tal-UE għandhom javżaw lill-Kummissjoni Ewropea b'xi bidliet relevanti kemm jista' jkun malajr, u l-Kummissjoni Ewropea taġġorna l-paġni relevanti kemm jista' jkun malajr skont l-ippjanar għal tibdil u ġestjoni li jkun hemm fis-seħħ.
Nitolbuk tinnota li ma nistgħux nagħtu garanzija li dokument li jinstab onlajn ikun eżattament l-istess bħat-test adottat uffiċjalment. Huma biss il-leġiżlazzjoni tal-UE ppubblikata fl-edizzjonijiet stampati tal-Ġurnal Uffiċjali tal-UE u l-leġiżlazzjoni nazzjonali ppubblikata b'konformità mad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali applikabbli li huma meqjusa awtentiċi.
Huwa l-għan tagħna li nnaqqsu kemm jista' jkun it-telf ta' żmien ikkawżat minn problemi tekniċi. Madankollu, jista' jagħti l-każ li xi dejta jew informazzjoni tal-Portal Ewropew tan-NIT setgħet ġiet maħluqa jew strutturata f'fajls jew formati li mhumiex ħielsa mill-problemi u ma nistgħux niggarantixxu li s-servizzi tagħna ma jiġux interrotti jew affettwati b'xi mod ieħor minħabba dawn il-problemi. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta' dawn il-problemi li jiġru minħabba l-użu tal-Portal Ewropew tan-NIT jew kwalunkwe link għal xi sit estern.
Din ir-rinunzja la hija intiża li tillimita r-responsabbiltà tal-Kummissjoni fil-kontravvenzjoni ta' kwalunkwe rekwiżiti stipolati fil-liġi nazzjonali applikabbli u lanqas li teskludi r-responsabbiltà tagħha dwar kwistjonijiet li ma jistgħux jiġu esklużi skont dik il-liġi.
Impenn fil-privatezza tal-utent
Il-politika dwar "il-ħarsien tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-istituzzjonijiet" hija bbażata fuq ir-Regolament 45/2001 tal-UE dwar il-ħarsien tal-individwi/ l-ipproċessar tad-dejta personali. Din il-politika ġenerali tkopri s-siti istituzzjonali tal-UE, fi ħdan l-UE.
Għalkemm tista' tibbrawżja fil-biċċa l-kbira ta' dawn is-siti web mingħajr ma tagħti informazzjoni dwarek innifsek, f'xi każijiet, l-informazzjoni personali hija meħtieġa sabiex tiġi pprovdut is-servizzi elettroniċi li jkollok bżonn.
Is-siti web li jirrikjedu tali informazzjoni jittrattawha skont il-politika spjegata fir-Regolament imsemmi hawn fuq u jipprovdu informazzjoni dwar l-użu tad-dejta tiegħek fl-istqarrijiet dwar il-politika tal-privatezza speċifiċi tagħhom.
Għaldaqstant:
Is-siti web istituzzjonali tal-UE fid-domain eu jagħtu links għal-siti ta' terzi partijiet. La ma nistgħux nikkontrollawhom, inħeġġuk taqra l-politiki tal-privatezza tagħhom.
Il-modulu ta' verifika onlajn tan-NIT
Meta tuża l-modulu ta' verifika onlajn tan-NIT, l-informazzjoni teknika tintuża biss biex tidentifika kwistjonijiet tekniċi fl-applikazzjoni u l-informazzjoni kollha li tidħol titħassar regolarment. Is-sistema qatt ma tista' tidentifika min qed jużaha.
Dwar in-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa, peress li r-risposta ssir mingħajr aċċess għall-bażijiet tad-dejta, l-ebda dejta personali ma tingħata lill-utent aħħari.
L-użu ta' dokumenti kampjun
Huma biss id-dokumenti kampjun (jew partijiet minnhom) provduti mill-pajjiżi tal-UE (lil min jappartjenu d-dokumenti) li jintwerew fil-Portal Ewropew tan-NIT.
X'nagħmlu bl-emails li tibagħtulna?
Bosta paġni tal-web ikollhom dettalji tal-kuntatt li jippermettulek tibgħat il-kummenti jew mistoqsijiet tiegħek f'kaxxa postali funzjonali speċifika.
Meta tibgħat dawn il-messaġġi, id-dejta personali tinġabar mingħand min jirċeviha biss għal kemm ikun hemm bżonn biex iwieġeb. Jekk it-tim tal-ġestjoni tal-kaxxa postali ma jkunx jista' jwieġbek, jibgħat l-email tiegħek lil xi servizz ieħor. Il-Portal Ewropew tan-NIT ma jżommx traċċi tal-iskambji bl-email li jsiru b'dan il-mod.
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar l-ipproċessar tal-email u d-dejta personali li għandha x'taqsam magħha, jekk jogħġbok inkludihom fil-messaġġ.
Kontenut, paġna u proprjetarji tal-links;ġestjoni tar-rwoli u d-drittijiet
Il-Portal Ewropew tan-NIT ma jinkludix sistema ta' avviżi (bl-email) għall-kuntatt tal-kontenut, il-paġna jew il-proprjetarji tal-links u għaldaqstant, l-ebda dejta personali ma tinġabar għal dik ir-raġuni.
Apparti minn hekk, ma hemm l-ebda ġestjoni tar-rwoli u d-drittijiet fl-applikazzjoni u, għaldaqstant, l-ebda ġbir ta' dejta personali għal dak il-għan.
L-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmuma mill-Kummissjoni jew f'isimha mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet) huwa soġġett għall-kondizzjonijiet determinati fid-Deċiżjoni (2006/291) dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni fil-Kummissjoni. L-użu mill-ġdid ta' dokumenti huwa bla ħlas.
Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata, sakemm is-sors jiġi rikonoxxut, ħlief fejn ikun hemm miktub mod ieħor. Meta l-permess minn qabel ikun meħtieġ għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, softwer, eċċ.), il-permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuqq u għandu jindika b'mod ċar ir-restrizzjonijiet tal-użu.
L-artikoli kollha ppubblikati fuq il-paġni Awstrijaċi tal-Portal Ewropew tan-NIT huma protetti bil-liġi tad-drittijiet tal-awtur, bid-drittijiet kollha miżmuma.
L-informazzjoni ppreżentata fuq il-paġni Awstrijaċi tal-Portal Ewropew tan-NIT titqies informazzjoni pubblika u tista’ titqassam jew tiġi kkuppjata, sakemm ma tintużax għal skopijiet kummerċjali u sakemm jiġi indikat is-sors.
Filwaqt li l-Ministeru Federali tal-Finanzi (BMF) jagħmel sforz raġonevoli biex jinkludi informazzjoni preċiża u aġġornata fil-paġni Awstrijaċi tal-Portal Ewropew tan-NIT, ma jassumi l-ebda responsabbiltà fejn tidħol l-eżattezza, il-puntwalità jew il-kompletezza ta’ dik l-informazzjoni jew għal informazzjoni fuq websajts oħra li għalihom ikunu pprovduti links. Jekk, u sa dak il-punt, li jsiru magħrufa żbalji, dawn jiġu korretti kemm jista' jkun malajr.
L-informazzjoni pprovduta permezz tal-paġni Awstrijaċi tal-Portal Ewropew tan-NIT hija ta’ natura ġenerali u għalhekk mhix aġġustata għal xi rekwiżiti speċifiċi individwali ta’ persuni, entitajiet jew organizzazzjonijiet; mhix bilfors eżatta, kompluta jew aġġornata; hija parzjalment marbuta ma' websajts oħra li la huma influwenzati mill-BMF u lanqas ma huma fl-ambitu ta' responsabbiltà tiegħu. Mhix maħsuba biex tissostitwixxi servizz professjonali ta’ konsultazzjoni (legali). Jekk tkun qed tfittex pariri personali, jekk jogħġbok l-ewwel dejjem ikkuntattja espert fil-qasam rispettiv ikkonċernat. Jekk ikollok xi mistoqsija dwar il-proċedimenti tiegħek quddiem il-qorti, jekk jogħġbok ikkuntattja l-qorti kompetenti. Mozzjonijiet jew applikazzjonijiet li jkunu jirrekjedu konformità ma’ xi terminu ta’ żmien, f’kull każ dawn għandhom l-ewwel jitqajmu mal-qorti jew l-awtorità kompetenti. Ma nagħtux garanzija li dokument aċċessibbli permezz tal-paġni Awstrijaċi tal-Portal Ewropew tan-NIT ikunu jikkorrispondu eżatt mat-test adottat uffiċjalment. Xi wħud mid-dokumenti li jiġu aċċessati permezz tal-paġni Awstrijaċi tal-Portal Ewropew tan-NIT jirreferu għal informazzjoni pprovduta minn organizzazzjoniijet oħra. Il-BMF, madankollu, ma jagħti l-ebda garanzija jew rappreżentazzjoni fejn tidħol l-eżattezza, il-puntwalità jew il-korrettezza tad-dejta li jkollhom.L-użu mill-ġdid tal-informazzjoni fil-paġni nazzjonali Belġjani tal-Portal Ewropew tan-NIT huwa soġġett għal-leġiżlazzjoni Belġjana fis-seħħ, b'mod partikolari l-Att tat-30 ta' Ġunju 1994 dwar id-dritt tal-awtur u d-drittijiet relatati.
Dan ifisser li sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-użu mill-ġdid ta' din l-informazzjoni teħtieġ awtorizzazzjoni bil-quddiem mingħand min għandu d-dritt tal-awtur.
Il-paġni tal-Internet għal-liema jirreferu l-paġni Belġjani nazzjonali tal-Portal Ewropew tan-NIT huma soġġett għall-klawżoli tad-drittijiet tal-awtur tagħhom infushom. Il-qrati Belġjani għandhom il-ġuriżdizzjoni jisimgħu kull applikazzjoni li tikkonċerna d-drittijiet tal-awtur b'relazzjoni mad-dejta li jknu hemm referenza għaliha fil-paġni Belġjani nazzjonali.
Kontenut tar-riżorsi ta' informazzjoni: Il-kontenut tar-riżorsi ta' informazzjoni f'dan is-sit web huwa konformi mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni attwali tal-Bulgarija. Jekk hemm xi diskrepanza, obsolenza, illegalità jew nuqqas ta' kredibbilità fl-informazzjoni ppubblikata, nitolbuk tgħarrafna minnufih. L-informazzjoni ta' natura legali fuq din il-paġna ma tistax titqies bħala parir legali iżda qed tingħata biss għal skop ta' informazzjoni. Jekk jirriżulta xi dannu minn azzjonijiet legali jew materjali meħuda biss abbażi tal-informazzjoni li tinstab fuq dan is-sit web – tkun interament a skapitu tal-individwi li għamlu l-azzjonijiet.
Responsabbiltà għal kontenut barrani: L-Aġenzija Nazzjonali tad-Dħul tal-Bulgarija mhi responsabbli la għal-legalità, il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-puntwalità tal-kontenut tar-riżorsi ta' tagħrif ta' partijiet terzi, li jista' jkollhom il-links f'dan is-sit, u lanqas għal-legalità tal-attivitajiet ta' dawn il-partijiet terzi. Jekk tiskopri links għal riżorsi ta' tagħrif b'kontenut skadut jew żbaljat jew riżorsi ta' informazzjoni li ma jkunux sħaħ, li jkollhom kontenut li jmur kontra l-leġiżlazzjoni attwali, nitolbuk tgħarrafna minnufih.
Dritt tal-awtur: L-informazzjoni kollha fuq din il-paġna, b'differenza mill-informazzjoni pubblika, hija soġġett għad-drittijiet tal-awtur. L-ebda parti mill-oġġetti protetti ma tista' tiġi riprodotta, tradotta, editjata jew użata bi kwalunkwe mod mingħajr il-permess bil-miktub, minn qabel, tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Introjtu tal-Bulgarija.
L-użu mill-ġdid ta’ dokumenti miżmuma mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni ta’ Ċipru, jew minn entitajiet terzi f’ismu, miġjuba fuq il-Portal Ewropew tan-NIT huwa soġġett għal regoli nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor. Ir-riproduzzjoni tal-kontenut fuq il-paġni tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni ta’ Ċipru huwa awtorizzat, sakemm is-sors jiġi rikonoxxut, ħlief fejn ikun indikat xort’oħra.
Fejn ikun irid jinkiseb permess minn qabel għar-riproduzzjoni jew l-użu ta’ informazzjoni testwali u multimedja (ħsejjes, stampi, softwer, eċċ), dan il-permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kull restrizzjoni tal-użu.
L-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmuma mill-Gvern tar-Repubblika Ċeka jew minn entitajiet terzi f'ismu li jidhru fuq din il-websajt hu soġġett għar-regoli nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur sakemm mhux indikat mod ieħor. Ir-riproduzzjoni ta' kontenut fuq il-paġni Ċeki hija awtorizzata, sakemm is-sors jiġi rikonoxxut, ħlief fejn huwa indikat mod ieħor u jista' jiġi riprodott biss għal skopijiet mhux kummerċjali.
Meta l-permess minn qabel ikun meħtieġ għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, softwer, eċċ.), il-permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b'mod ċar ir-restrizzjonijiet tal-użu.
L-użu mill-ġdid minn terzi partijiet, ta' dokumenti li jidhru fuq din il-websajt u miżmuma mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, hu protett mir-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur kif stabbiliti taħt il-liġi Ġermaniża, l-Unjoni Ewropea u konvenzjonijiet internazzjonali.
Ma nassumu l-ebda responsabbiltà dwar il-kompletezza, żbalji editorjali u tekniċi, affarijiet imħollija barra jew l-eżattezza tal-informazzjoni fuq il-Portal Ewropew tan-NIT.
B’mod partikolari ma nagħtu l-ebda garanzija, la espliċita u lanqas implikata, fejn tidħol il-kompletezza jew il-preċiżjoni ta’ informazzjoni miksuba permezz ta’ links għal websajts esterni.
L-operaturi ta’ siti web huma responsabbli għall-kontenut li huma jagħmlu disponibbli għall-użu fuq il-websajts tagħhom stess, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-liġi ġenerali. Dan il-“kontenut proprju” għandu jiġi distint minn links għal kontenut ipprovdut minn operaturi ta’ websajts esterni.
Il-hyperlinks għall-kontenut ta’ websajts esterni huma pprovduti biss għal skopijiet ta’ informazzjoni.
Ir-responsabbiltà għall-kontenut ta’ websajts esterni taqa’ unikament fuq il-fornitur ta' kontenut bħal dan. Il-websajts esterni jiġu miflija bir-reqqa u ċċekkjat bl-aħjar mod possibbli għalina qabel ma tiddaħħal link għaliha. Madankollu ma nagħtu l-ebda garanzija, espliċita jew implikata, fejn tidħol il-kompletezza jew il-preċiżjoni tal-informazzjoni li tinkiseb minn hyperlinks esterni. Il-kontenut ta’ websajts esterni jistgħu jinbidlu f'kull ħin mingħajr l-għarfien tal-gvern Ġermaniż.
Fejn jidħlu l-links kollha pprovduti fuq il-Portal Ewropew tan-NIT, niddikjaraw b’mod espliċitu li ma għandna l-ebda kontroll fuq it-tfassil u l-kontenut ta’ websajts esterni li wieħed ikun jista' jkollu aċċess għalihom permezz ta' links fuq dan il-Portal Ewropew tan-NIT; barra minn hekk, dawn il-links ma jimplikawx approvazzjoni tal-websajts illinkjati jew tal-kontenut tagħhom. Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-paġni kollha fuq dan il-Portal Ewropew tan-NIT u l-links kollha ta' fih.
L-istaff editorjali tal-paġni nazzjonali Ġermaniżi tal-Portal Ewropew tan-NIT jirriserva għalih id-dritt li, mingħajr avviż minn qabel, jibdel, jissupplimenta jew ineħħi l-informazzjoni pprovduta fuq din il-websajt.
L-informazzjoni pprovduta mill-Gvern Daniż dwar is-sistema tas-CPR (is-sistema tan-NIT) u li tkun ippubblikata fil-Portal Ewropew tan-NIT mhix soġġetta għal kondizzjonijiet li jolqtu d-drittijiet tal-awtur.
L-informazzjoni provduta mill-gvern tar-Repubblika tal-Estonja hi soġġetta għall-kondizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-awtur. Madankollu l-informazzjoni ppubblikata fuq il-paġni tar-Repubblika tal-Estonja tal-Portal Ewropew tan-NIT, hija disponibbli bla xkiel u tista’ titniżżel/tiġi riprodotta/tiġi tradotta/tiġi adattata f’kull edizzjoni, formola u midja għal skopijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali sakemm jiġi identifikat is-sors tal-materjal u jingħata għarfien lill-istatus tiegħu fejn jidħlu d-drittijiet tal-awtur. Il-kontenut użat mill-paġni tar-Repubblika tal-Estonja fuq il-Portal Ewropew tan-NIT għandu jiġi riprodott b’mod preċiż u m'għandux jintuża f'kuntest qarrieqi.
Informazzjoni dwar Portal Ewropew tan-NIT provduta mill-Gvern Grieg mhix soġġetta għall-kondizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-awtur. Madanakollu, ċerti links esterni, jistgħu jkunu soġġetti għal-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur. Meta l-permess minn qabel ikun meħtieġ għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, softwer, eċċ.), il-permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b'mod ċar ir-restrizzjonijiet tal-użu.
L-aċċess għall-kontenut ipprovdut minn Spanja fuq il-Portal Ewropew tan-NIT, u l-użu tiegħu, l-informazzjoni li fih u l-links u s-servizzi mehmuża huma l-prerogattiva tal-Agencia de Tributaria jew tal-entitajiet li jkunu qed jikkollaboraw magħha u huma protetti mid-drittijiet xierqa tal-awtur u tal-proprjetà industrijali. L-użu, ir-riproduzzjoni, id-distribuzzjoni, il-komunikazzjoni lill-pubbliku jew it-trasformazzjoni ta’ dan il-kontenut jew xi attività simili oħra hija għal kollox ipprojbita mingħajr l-awtorizzazzjoni espressa mill-Agencia de Tributaria. Il-liċenzja tal-utent li juża kwalunkwe kontenut minn dan il-portal hija limitata għat-tniżżil u l-użu privat ta’ dak il-kontenut, sakemm jibqa’ bla mittiefes.
L-informazzjoni fuq il-Portal Ewropew tan-NIT ipprovduta mill-Gvern Finlandiż hija pubblika u mhix soġġetta għall-kondizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur.
Il-kontenut ta' din il-websajt huwa proprjetà esklużiva tal-Ministeru għall-Baġit, il-Kontijiet Pubbliċi, is-Servizz Ċivili u r-Riforma tal-Istat u/jew tal-awturi jew tad-deteneturi tad-drittijiet tal-awtur, u huwa mħares mil-leġiżlazzjoni Franċiża u dik internazzjonali li huma applikabbli għad-drittijeit tal-proprjetà intellettwali u, b'mod partikolari, mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Franċiż dwar il-Proprjetà Intellettwal
Dan japplika, fost l-oħrajn, għall-karatteristiċi editorjali tal-websajt, għall-preżentazzjoni tal-iskrins u għas-softwer li huwa meħtieġ għall-użu ta' dan is-sit, u għal logos, immaġni, ritratti u grafiċi ta' kwalunkwe tip.
Il-Ministeru għall-Baġit, il-Kontijiet Pubbliċi, is-Servizz Ċivili u r-Riforma tal-Istat jawtorizza lill-utenti biss biex jaraw il-kontenut; dan jeskludi, b'mod partikolari, l-użu mill-ġdid tal-kontenut kollu, jew parti minnu, tas-sit għal kwalunkwe fini tkun xi tkun.
Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata f'forma diġitali biss, fuq il-kompjuter li jintuża għall-aċċess tas-sit, għall-fini tal-ivviżwalizzar tal-paġni kkonsultati mis-softwer ta' navigazzjoni tal-utent.
Kwalunkwe rappreżentazzjoni sħiħa, jew parzjali, tal-websajt minn kwalunkwe kumpanija tkun liema tkun mingħajr l-awtorizzazzjoni ċara tal-Ministeru għall-Baġit, il-Kontijiet Pubbliċi, is-Servizz Ċivili u r-Riforma tal-Istat hija pprojbita, u tkun tikkonstitiwixxi azzjoni ta' ffalsifikar fit-tifsira tal-Artikoli L.335-2 et seq. tal-Kodiċi Franċiż dwar il-Proprjetà Intellettwali.
Il-Kodiċi Franċiż tal-Proprjetà Intellettwali (bil-Franċiż biss)
Il-Kodiċi Franċiż tal-Proprjetà Intellettwali – pieni kriminali (bil-Franċiż biss)
L-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmumin mill-Ungerija jew f'isimha minn entitajiet terzi li jinsabu fil-Portal Ewropew tan-NIT huwa soġġett għal-liġijiet Ungeriżi dwar id-drittijiet tal-awtur sakemm ma jkun indikat mod ieħor. Ir-riproduzzjoni privata u uffiċjali tal-kontenut tal-paġni Ungeriżi hija awtorizzata, sakemm ikun indikat is-sors, għajr jekk ma jkunx iddikjarat mod ieħor. Kwalunkwe użu ieħor jeħtieġ l-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-dritt.
Il-materjal li jidher fuq il-Portal Ewropew tan-NIT mogħti mill-Irlanda huwa soġġett għad-drittijiet tal-awtur tal-Gvern tal-Irlanda, skont l-Att dwar id-Drittijiet tal-Awtur u d-Drittijiet Relatati tas-sena 2000. Il-materjal jista' jitniżżel għall-iffajljar u l-istampar għall-użu personali biss. Fejn dan jinħareġ lil oħrajn għandhom jiġu rrikonoxxuti s-sors u l-istatus tad-drittijiet tal-awtur.
Il-permess għar-riproduzzjoni ta' materjal marbut bid-drittijiet tal-awtur tal-Gvern tal-Irlanda ma jestendi għal ebda materjal li jinsab fil-Portal Ewropew tan-NIT li jista' jkun proprjetà ta' parti terza. L-awtorizzazzjoni għar-riproduzzjoni ta' materjal bħal dan tista' tinkiseb mid-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.
L-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmuma mill-Ministeru Taljan responsabbli mill-Ekonomija u l-Finanzi u Istituzzjonijiet Pubbliċi oħra jew f'isimhom minn entitajiet terzi dwar il-Portal Ewropew tan-NIT huwa soġġett għar-regoli nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur sakemm ma jkunx indikat mod ieħor.
Ir-riproduzzjoni tal-kontenut fuq il-paġni tal-Ministeru Taljan responsabbli mill-Ekonomija u l-Finanzi jew istituzzjonijiet pubbliċi oħra hija awtorizzata, sakemm jiġi rikonoxxut is-sors, u jekk ma jiġix iddikjarat mod ieħor.
Meta l-permess minn qabel ikun meħtieġ għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, softwer, eċċ.), il-permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b'mod ċar ir-restrizzjonijiet tal-użu.
L-informazzjoni pprovduta mir-Repubblika tal-Litwanja hija mħarsa mil-Liġi Litwana dwar id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati u tkun tista' tintuża b'mod ħieles sakemm jiġi rikonoxxut is-sors.
Ir-riproduzzjoni tal-kontenut u l-informazzjoni ppreżentati fil-paġni tal-Lussemburgu u li huma tal-Istat tal-Lussemburgu jew ta' partijiet oħra, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, huma soġġetti għal-liġi tal-Lussemburgu.
Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, ir-riproduzzjoni tal-informazzjoni misjuba fil-paġni tal-Lussemburgu tal-Portal Ewropew tan-NIT hija awtorizzata għal finijiet mhux kummerjali, sakemm issir referenza espliċita għas-sors.
Fejn ikun hemm il-ħtieġa għal awtorizzazzjoni minn qabel għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħsejjes, immaġni, softwer, eċċ.), dik l-istipulazzjoni tikkanċella l-awtorizzazzjoni ġenerali u, jekk ikun meħtieġ, tindika kull restrizzjoni għall-użu.
L-Istat tal-Lussemburgu jirrifjuta li jaċċetta kwalunkwe responsabbiltà fir-rigward tal-użu tal-informazzjoni misjuba fil-paġni tal-Lussemburgu tal-Portal Ewropew tan-NIT. Ta' min jinnota li l-informazzjoni ppubblikata fil-Portal Ewropew tan-NIT mhijiex neċessarjament sħiħa, eżawrjenti, eżatta jew aġġornata. Fil-każ li jkun hemm diskrepanzi bejn it-testi ppubblikati f'dawn il-paġni u fid-dokumenti oriġinali, ikunu applikabbli d-dokumenti oriġinali kif ippubblikati fil-Mémorial.
Xi kultant il-paġni tal-Istat tal-Lussemburgu jirreferu għal paġni li jkunu f'idejn partijiet oħrajn li l-Istat tal-Lussemburgu ma jkollu l-ebda kontroll fuqhom u li fir-rigward tagħhom huwa jirrifjuta li jaċċetta kwalunkwe responsabbiltà.
L-Istat tal-Lussemburgu ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà għal kwalunkwe ħsara kkawżata fuq il-faċilità tal-kompjuter tal-utent mill-paġni li jieħu ħsiebhom l-Istat tal-Lussemburgu jew oħrajn.
L-Istat tal-Lussemburgu ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà fil-każ li s-servizz mogħti minn dawn il-paġni jiġi sospiż, anke temporanjament.
Mhuwiex l-iskop ta' dawn id-dikjarazzjonijiet ta' rinunzja ta' responsabbiltà li jitwarrbu r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni applikabbli, jew li tiġi eskluża r-responsabbiltà f'każijiet fejn din ma tistax tiġi eskluża f'konformità mal-leġiżlazzjoni li ssemmiet qabel.
L-informazzjoni pprovduta mill-gvern tal-Latvja hija pubblika u mhijiex su oġġetta għall-kondizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur. F'dan ir-rigward, l-informazzjoni li tiġi ppubblikata dwar il-paġni Latvjani tal-Portal Ewropew tan-NIT hija disponibbli b'mod ħieles u tista' titniżżel, tiġi riprodotta, tradotta, adattata fl-edizzjonijiet, il-forom u l-midja għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali.
Il-Gvern ta' Malta, flimkien mal-Ministeri u d-Dipartimenti, kif ukoll l-Awtoritajiet u l-awturi tal-websajt, qegħdin jagħmlu sforz biex jaċċertaw l-affidabbiltà tal-informazzjoni li tinsab fil-Portal Ewropew dwar in-NIT, iżda ma jistgħux jiżguraw li l-informazzjoni li tiġi ppubblikata fuq il-paġni tal-internet jew fuq links esterni tkun sħiħa, attwali u korretta u għaldaqstant huma jinsistu li l-informazzjoni fihom ma għandhiex titqies bħala informazzjoni korretta u sħiħa dwar kwalunkwe suġġett. Ma jistgħu jiġu żgurati la l-kwalità u l-aċċessibbiltà kontinwa u lanqas il-fatt li jseħħu interruzzjonijiet minħabba kwistjonijiet tekniċi. Għaldaqstant, huma ma jistgħux jaċċettaw responsabbiltà għal kwlaunkwe ħsara, telf jew dannu li jistgħu jiġu kkaġunati permezz tal-użu tal-informazzjoni, għaliex l-informazzjoni murija hija maħsuba biss bħala gwida ġenerali. Il-Gvern ta' Malta jżomm id-dritt li jbiddel, iżid jew iħassar partijiet jew paġni sħaħ, mingħajr ma jagħti ebda notifika dwar dan, għal perjodu interim.
Il-Gvern ta' Malta, flimkien mal-Ministeri u d-Dipartimenti tiegħu, kif ukoll l-Awtoritajiet u l-awturi tal-websajts, ma jipprovdux kontroll tal-kwalità ta' links esterni. L-inklużjoni tal-isem ta' kwalunkwe kumpanija jew operatur tas-suq fil-paġni m'għandux jinftiehem bħala rakkomandazzjoni għal prodotti u/jew servizzi mogħtija minn kumpanija jew operatur tas-suq.
Il-Paġni tal-Portal Ewropew dwar in-NIT mhumiex maħsuba biex jagħtu parir legali. Din tibqa' l-prerogattiva tal-professjoni legali.
Il-materjal f'din il-websajt huwa kopert mid-dispożizzjonijiet tal-Att dwar id-Drittijiet tal-Awtur, tal-Liġijiet ta' Malta, il-politiki u r-regolamenti u kull ftehim internazzjonali ieħor li jsemmi lill-Gvern ta' Malta. L-informazzjoni f'din il-websajt hija disponibbli għall-użu personali u għall-użu pubbliku iżda mhux użu kummerċjali. Meta jitqiesu dawn il-finijiet, l-informazzjoni tista' tiġi riprodotta mingħajr ebda ħlas jew ħtieġa oħra għal awtorizzazzjoni mill-Gvern ta' Malta, sakemm dan il-materjal li jiġi riprodott ikun kopja vera tal-oriġinal u l-Gvern ta' Malta jiġi identifikat bħala s-sors. Il-materjal riprodott m'għandu bl-ebda mod jiġi rrapreżentat bħala l-verżjoni uffiċjali, lanqas jekk jiġi riprodott flimkien mal-Gvern ta' Malta jew bil-kunsens tiegħu.
L-informazzjoni li tkun disponibbli għall-pubbliku u li tkun ingħatat mill-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi mhijiex soġġetta għal kondizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur sakemm dan ma jiġix iddikjarat. F'dan ir-rigward, l-informazzjoni li tiġi ppubblikata dwar il-paġni Olandiżi tal-Portal Ewropew dwar in-NIT hija disponibbli b'mod ħieles u tista' titniżżel, tiġi riprodotta, tradotta, adattata fl-edizzjonijiet, il-forom u l-midja kollha għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali, għajr fil-każ ta' (ċerti partijiet mill-) informazzjoni li fir-rigward tagħha tiġi inkluża klawsola tad-drittijiet tal-awtur.
Il-kontenut tal-websajt Pollakka tal-Portal Ewropew tan-NIT huwa għall-finijiet ta' tagħrif ġenerali biss u ma jikkostitwixxix parir. Il-Ministeru tal-Finanzi ma jagħti l-ebda assigurazzjoni jew garanzija rigward l-akkuratezza, il-puntwalità, jew l-applikabbiltà ta' kwalunkwe parti tal-kontenut.
Il-Ministeru tal-Finanzi ma jassumi l-ebda responsabbiltà għall-informazzjoni fuq din il-websajt u ma jassumi l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta' tali informazzjoni. Jistgħu japplikaw dikjarazzjonijiet ta' rinunzja jew avviżi dwar id-drittijiet tal-awtur speċifiċi flimkien ma' ċerti kontenut jew partijiet tal-websajt. L-informazzjoni fil-paġni Polakki li mhix soġġetta għal rinunzja jew avviż dwar id-drittijiet tal-awtur speċifiċi huwa liberament disponibbli u jista' jitniżżel/jiġi riprodott/tradott/adattat fl-edizzjonijiet kollha, il-forom u l-midja għal finijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali.
Il-Ministeru tal-Finanzi ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà għal u jeskludi kwalunkwe responsabbiltà marbuta mat-tfittxija fil-websajt, l-użu tal-informazzjoni jew it-tniżżil ta' kwalunkwe materjali minnha, inkluża iżda mhux limitata għal kwalunkwe responsabbiltà għal żbalji, ineżattezzi, ommissjonijiet, jew dikjarazzjonijiet qarrieqa jew diffamatorji. L-informazzjoni fuq din il-websajt tista' tinkludi opinjonijiet jew perspettivi li, sakemm ma jiġix espressament iddikjarat mod ieħor, ma humiex neċessarjament dawk tal-Ministeru tal-Finanzi.
Din il-websajt tinkludi links għal siti esterni li fuqhom is-servizzi tal-Ministeru tal-Finanzi ma għandhom l-ebda kontroll u li għalihom il-Ministeru tal-Finanzi ma jieħu l-ebda responsabbiltà.
L-użu mill-ġdid, minn partijiet terzi, ta' dokumenti li jinsabu fil-Portal Ewropew tan-NIT u li huma proprjetà tal-Portugall huwa protett bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u bid-drittijiet tal-proprjetà industrijali skont il-liġi Portugiża, il-liġi tal-UE u l-ftehimiet internazzjonali applikabbli L-informazzjoni li tinsab f'dan il-portal hija pubbliku u, sakemm ma jiġix espress xorta oħra, tista' tiġi riprodotta u tintuża mill-ġdid sakemm is-sors jiġi rikonoxxut. Fejn l-awtorizzazzjoni preċedenti għall-produzzjoni mill-ġdid jew għall-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, immaġini, programmi tal-kompjuter, eċċ) hija meħtieġa, l-awtorizzazzjoni ġenerika msemmija hawn fuq ma tapplikax. L-awtorizzazzjoni speċifika tista' tingħata fuq talba għall-użu mill-ġdid u għall-produzzjoni mill-ġdid tad-dokumenti bl-informazzjoni li, skont il-kondizzjonijiet stipulati, ma tistax tintuża mill-ġdid b'mod ħieles. Awtorizzazzjoni speċifika tistabbilixxi b'mod ċar ir-restrizzjonijiet li japplikaw għall-użu tad-dokumenti koperti minnha.
L-użu mill-ġdid tad-dokumenti miżmuma mir-Rumanija jew f'isimhom minn entitajiet terzi kkaratterizzati fil-Portal Ewropew tan-NIT huwa soġġett għar-regoli nazzjonali tad-drittijiet tal-awtur sakemm ma jkunx indikat xort'oħra. Il-produzzjoni mill-ġdid tal-kontenut fil-paġni Rumeni hija awtorizzata, sakemm is-sors jiġi rikonoxxut, ħlief meta jkun indikat xort'oħra.
Meta l-permess minn qabel ikun meħtieġ għall-produzzjoni mill-ġdid jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, softwer, eċċ.), il-permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b'mod ċar ir-restrizzjonijiet tal-użu.
L-informazzjoni fuq il-Portal Ewropew tan-NIT ipprovduta mill-Gvern Svediż hija pubblika u mhix soġġetta għall-kondizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur.
L-informazzjoni fuq il-Portal Ewropew tan-NIT ipprovduta mill-Amministrazzjoni Slovena tat-Taxxa hija pubblika u mhix soġġetta għall-kondizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur.
L-użu mill-ġdid tad-dokumenti miżmuma mir-Repubblika Slovakka jew f'isimha minn entitajiet terzi miġjuba fil-Portal Ewropew tan-NIT huwa soġġett għar-regoli Slovakki tad-drittijiet tal-awtur sakemm ma jkunx indikat xort' oħra. Limitazzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur, drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur u mad-drittijiet tal-bażi tad-dejta sui generis huma permessi biss f'każijiet speċjali stipulati fl-Att dwar id-Drittijiet tal-Awtur Nru 618/2003 kif emendat. L-użu jew it-tneħħija tas-suġġett skont l-Att dwar id-Drittijiet tal-Awtur ma jridux ikunu f'kunflitt mal-isfruttar maħsub normali u ma jridux jippreġudikaw b’mod mhux raġonevoli l-interessi leġittimi tad-detenturi tad-drittijiet. F'każijiet oħrajn irid jinkiseb il-permess minn qabel biex jintuża s-suġġett (liċenzja).
Dritt tal-awtur Slovakk – aktar tagħrif bl-Ingliż
Dritt tal-awtur Slovakk – aktar tagħrif bis-Slovakk
L-informazzjoni mogħtija mill-Gvern tar-Renju Unit hija protetta mid-drittijiet tal-awtur tal-Kuruna. Jista' jkun hemm aċċess għaliha u tista' tintuża mingħajr ħlas. Tista' terġa' tuża d-drittijiet tal-awtur tal-Kuruna sakemm inti tidentifika s-sors u tirrikonoxxi d-drittijiet tal-awtur. Id-drittijiet tal-awtur tal-Kuruna ma għandhomx jintużaw b'mod qarrieqi jew derogatorju.