Accessibility tools
Service tools
Language selector
Navigation path
Additional tools
Il-modulu ta' verifika onlajn jikkonferma jekk l-istruttura tan-NIT li tittajpja hijiex valida (tipi u numru ta' karattri).
Jista' jivvalida wkoll is-sintassi (jiġifieri l-algoritmu u l-loġika interna) biss meta l-awtorità nazzjonali tinformana dwar l-algoritmu.
Bil-kontra tal-verifiki tan-numru tal-VAT li jsiru fil-portal tal-VIES, ma jikkonfermax l-identità tal-persuna u lanqas jekk in-NIT li tkun ittajpjajt jeżistix fil-fatt jew jekk ġiex allokat.
Peress li l-aġġornamenti kollha jridu jiġu pprovduti mill-awtoritajiet nazzjonali, ma nistgħux niggarantixxu li l-informazzjoni pprovduta hija aġġornata.
Jekk xi NIT speċifiku jidher mhux validu:
Għal konnessjoni miftuħa u gruppi ta rikjesti:Ġib il-fajl WSDL għas-servizz SOAP
Ikkuntattja lil TAXUD-TINWEB@ec.europa.eu bi kwalunkwe mistoqsija teknika dwar dan is-servizz.
Jekk il-verifika onlajn ma taħdimx – dan jista jkun minħabba raġunijiet ta manutenzjoni tas-sit. Jekk jogħġbok, erġa ipprova aktar tard.
L-informazzjoni ppubblikata fuq din il-paġna u l-paġni kollha ddedikati lin-NIT (minn issa 'l quddiem: il-"Portal Ewropew tan-NIT") u l-użu tal-modulu ta' verifika onlajn tan-NIT fuq dan il-Portal Ewropew tan-NIT, li minnu jifforma parti integrali, huma soġġetti għal rinunzja, avviż dwar id-dritt tal-awtur u regoli relatati mal-protezzjoni tad-dejta personali u tal-privatezza, li jinstabu fil-paġna web bl-avviżi legali.