Mogħdija tan-navigazzjoni

X'inhu SOLVIT?

SOLVIT huwa servizz ipprovdut mill-amministrazzjoni nazzjonali f'kull pajjiż tal-UE u l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.

Huwa prinċipalment servizz onlajn. Għalkemm hemm ċentru SOLVIT f’kull pajjiż, l-aħjar mod biex tikkuntattjahom hu permezz ta’ dan il-websajt.

SOLVIT jipprova jsib is-soluzzjonijiet fi żmien 10 ġimgħat – mill-ġurnata meta l-każ tiegħek jinbeda miċ-ċentru SOLVIT fil-pajjiż fejn seħħet il-problema.

Meta nista’ jgħin SOLVIT?

SOLVIT jista’ jgħinek meta:

  • tkun għadek ma mortx bil-każ quddiem il-qorti (għalkemm nistgħu ngħinuk jekk għadek kif għamilt appell amministrattiv).

Meta tissottometti każ lil SOLVIT ma tissospendi ebda skadenzi formali jew amministrattivi skont il-liġi nazzjonali.
 

Kwistjonijiet tipiċi li SOLVIT jista’ jgħinek bihom:

  • Rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali tiegħek
  • Drittijiet ta’ residenza u tal-viża
  • Kummerċ u servizzi (negozji)
  • Vetturi u liċenzji tas-sewqan
  • Benefiċċji marbutin mal-familja
  • Drittijiet tal-pensjoni
  • Xogħol f'pajjiż ieħor
  • Benefiċċji tal-qgħad
  • Assigurazzjoni tas-saħħa
  • Aċċess għall-edukazzjoni
  • Moviment bejn pajjiż u ieħor ta' kapital jew ħlasijiet
  • Rifużjonijiet tal-VAT.

SOLVIT ma jistax jgħin:

  • Jekk il-kumpanija tiegħek ikollha problemi ma’ kumpanija oħra
  • Jekk għandek problema relatat mal-konsumaturi
  • Jekk qed tfittex kumpens għad-danni
  • Jekk tieħu l-każ tiegħek quddiem il-qorti (minħabba n-natura informali tiegħu, SOLVIT ma jistax jimxi parallel ma’ proċeduri formali jew legali).