Mogħdija tan-navigazzjoni

Benefiċċji tal-qgħad

Estonjana tista’ titlob il-benefiċċji tal-qgħad nazzjonali

Ċittadina Estonjana kienet taħdem f’Ċipru għal 2 snin — iżda marret lura regolarment l-Estonja fejn kienet tgħix.

Meta ntemm il-kuntratt tagħha, iddeċidiet li tapplika għall-benefiċċji tal-qgħad fl-Estonja.

Qabel telqet, talbet lill-awtoritajiet Ċiprijotti biex joħorġu dokument li jiddikjara l-perjodi meta kienet ikkontribwixxiet għall-assigurazzjoni tal-qgħad hemmhekk, sabiex id-dritt tagħha għall-benefiċċji Ċiprijotti setgħu jiġu kkalkulati.

Erba’ xhur wara l-applikazzjoni tagħha, l-awtoritajiet Ċiprijotti ma kinux għadhom irrispondew u ma kinetx qed tieħu l-benefiċċji tal-qgħad.

Wara intervent min-naħa ta’ SOLVIT l-awtoritajiet Ċiprijotti bagħtu d-dokument lill-awtoritajiet Estonjani, li mbagħad setgħu jikkalkulaw u jħallsu l-benefiċċji tal-qgħad.

Każ solvut f'6 ġimgħat.

Aktar dwar: Drittijiet bħala persuna li qed tfittex xogħol


Pollakka tieħu l-arretrati fuq il-benefiċċji tal-qgħad

Ċittadina Pollakka ħadmet fir-Renju Unit għal 7 snin u meta ħadet is-sensja rreġistrat għall-benefiċċji ta' min qed ifittex xogħol.

Ftit wara, iddeċidiet li tmur tgħix Ċipru ma' żewġha Ċiprijott u t-tarbija tagħha.

Kif waslet Ċipru, irreġistrat mal-Ministeru tax-Xogħol u tal-Assigurazzjoni Soċjali, u bdiet taħdem f'Ċipru.

Hi tħallset biss 3 ġimgħat benefiċċji tal-qgħad mir-Renju Unit, iżda kienet intitolata għal aktar.

Bl-intervent ta' SOLVIT, l-intitolament tagħha għal aktar benefiċċju tal-qgħad ġie rikonoxxut u l-arretrati tħallsu.

Każ solvut f'ġimagħtejn.

Aktar dwar: Drittijiet bħala persuna li qed tfittex xogħol